Thursday, September 18, 2025

Malta Premier League: Draw ġust bejn Mosta u Hibernians f’partita eċċitanti

Aqra wkoll

Mosta ………….2

Hibernians ……2

Minn Cristian Muscat

F’partita ferm intensa u emozzjonanti li pproduċiet xejn inqas minn erba’ goals, Mosta u Hibernians temmew fi draw ġust ta’ 2-2.

Kienu Hibernians li ħolqu l-ewwel periklu fil-11-il minuta meta xutt minn pożizzjoni ideali ta’ Lucas Villela Lapert intemm ftit barra.

Fl-20 minuta fetħu l-iskor meta Alfred Silas għadda lejn Villela Lapert li kellu x-xutt tiegħu salvat parzjalment mill-goalkeeper, David Akpan, biex mir-rebound DUANE BONNICI spara l-ballun fis-saqaf tax-xibka.

Iżda Mosta wettqu reaz­zjoni mill-aqwa u fit-23 minuta rebħu penalty meta Pedro Henrqiue Nunes Silva waqqa’ lil Prince Emmanuel Chibuzor fil-kaxxa. Mill-11-il metru DANIEL HENRIQUE MACHEDO SANTOS xeħet lill-goalkeeper, Justin Haber, fuq in-naħa opposta.

Fit-48 minuta, Hibernians reġgħu ħolqu l-periklu meta wara li rċieva minn cross ta’ Lima Duarte, Nunes Silva kellu d-daqqa ta’ ras mill-viċin tintemm ftit barra.

Huma komplew jippressaw u fis-57 minuta meritatament reġgħu marru fil-vantaġġ meta Natha Miullen bir-ras għadda tajjeb lejn is-sostitut CLEITON DE JESUS MENDONCA PADILHA li kien ilu 11-il minuta fil-ground, antiċipa lil Jake Vassallo u permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka,

Iżda bħalma ġara fl-ewwel taqsima, il-Pawlisti bilkemm kellhom ċans jifirħu għal dan il-goal hekk kif Mosta reġgħu għamlu l-iskor indaqs żewġ minuti biss wara meta PRINCE EMMANUEL CHIBUZOR mill-viċin spara l-ballun fis-sqaf tax-xibka, bil-ballun jaħbat mal-minduda qabel intemm ġewwa. 

Fil-71 minuta, il-Pawlisti resqu viċin li jerġgħu jmorru fil-vnataġġ meta l-captain Bjorn Kristensen kellu x-xutt tiegħu mid-distanza  għal ftit ma ħasadx lill-goalkeeper ta’ Mosta li dawwar tajjeb f’corner.

Huma komplew jippressaw u disa’ minuti wara, reġgħu resqu viċin li jsibu x-xibka meta b’Akpan barra minn postu, Villela Lapert mid-distanza, ipprova jqabbeż il-ballun iżda ntemm barra.

Hibernians tilfu ċans tad-deheb li jiskorjaw il-goal tar-rebħa proprju fil-ħin miżjud meta Cleiton De Jesus Mendonca Padilha minn taħt il-lasti kellu x-xutt fil-baxx tiegħu salvat tajjeb minn Akpan, biex evita goal ċert.

MOSTA: 22-David Udoh Akpan, 3-Matthew Bolanos Garcia, 8-Junior Eke Chukwuemeka, 9-Daniel Henrique Machedo Santos (30-Sunday Okereke 80), 10-Giancarlo Goncalves (7-Jamie Scerri 90), 14-Joao Victor Da Silva Dias (23-Hurtado Herrera 90), 16-Gianluca Sciberras (33-Bradley Farrugia 68), 21-Nathan Agius, 26-Prince Emmanuel Chibuzor (11-Charles Samson 90), 74-Jake Vassallo, 96-Leonardo Fernandes Joaquim da Silva – Coach: Joseph Grech

hibernians: 31-Justin Haber, 4-Alfred Silas (18-Pablo Alves De Lima 58), 7-Lucas Villela Lapert, 9-Natha Miullen Felicio Carvalho (27-Cleiton De Jesus Mendonca Padilha 46), 11-Bjorn Kristensen, 13-Joao Victor De Souza Teixeira, 22-Duane Bonnici (14-Dexter Xuereb 58), 41-Pedro Augusto Cacho Alves Da Silva, 44-Pedro Henrqiue Nunes Silva (23-Matthew Ellul 65), 70-Mailson Lima Duarte Lopes (8-Ayrton Attard 83), 96-Charleston Silva Dos Santos     – Coach: Branko Nisevic

referee: Glen Tonna

ASS. refereeS: Vasil Vasilev, Andrea Pavia Schiavone

RABA’ UFF: Emanuel Grech

SKORERS:  D. Bonnici 2, C. De Jesus Mendonca Padilha (H), D. H. Machedo Santos pen. 23, P. E. Chibuzor 59 (M)

AMMONITI:  P. H. Nunes Silva (H)

PLAYER TAL-LOGĦBA:  Prince Emmanuel Chibuzor (M)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport