Sunday, September 14, 2025

Malta Premier League: Draw ġust bejn Zabbar St Patrick u Naxxar Lions

Aqra wkoll

Zabbar St Patrick ….1

Naxxar Lions ….….…0

Minn Cristian Muscat

Zabbar St Patrick u Naxxar Lions temmew il-konfront fi draw ġust ta’ 1-1, biex b’hekk, Naxxar kisbu l-ewwel punt fil-Premier League filwaqt li għaż-Żabbarin kien wieħed hekk kif iż-żewġ timijiet għadhom qed ifittxu l-ewwel rebħa. 

Kienu ż-Żabbarin li ħarġu fuq l-offenisva u wara biss ħames minuti Mario Fontanella kellu x-xutt tiegħu jintemm ftit għoli.

Iżda erba’ minuti biss wara, Naxxar Lions fetħu l-iskor, meta xutt b’saħ­ħtu tal-Brażiljan GUSTAVO GONCALVES minn pożizzjoni ċentrali għeleb għal kollox lill-goalkeeper żagħżugħ ta’ Zabbar, Luca Camilleri.

Fil-11-il minuta kien l-attakkant Taljan Fontanella għal Zabbar li reġa’ ħoloq il-periklu iżda x-xutt tiegħu ħabat max-xibka minn barra biex ta l-illużjoni tal-goal.

Fid-19-il minuta, Zabbar meritatament kisbu l-goal tad-draw meta Fontanella mix-xellug indirizza cross fil-baxx u TONI BRITO E SILVA mill-viċin tefa’ l-ballun fix-xibka.

Fit-58 minuta, Zabbar kellhom free-kick mil-lemin mogħti mill-captain Brian Ariel Gambarte u ż-żagħżugħ Kean Scicluna kellu t-tenttattiv tiegħu minn daqqa ta’ ras mill-viċin imdawwar f’corner mill-goalkeeper żagħżugħ tal-Lions, Matthais Debo­no.

Fid-79 minuta, in-Nax­xarin heddew permezz ta’ Kayne Haber meta ttanta xortih permezz ta’ xutt mid-distanza iżda l-goalkeepr Camilleri kien attent u salva tajjeb.

L-iskor  baqa’ ma nbidilx sa tmiem il-partita, biż-żewġ timijiet jieħdu punt kull wieħed.

Zabbar SP: 1-Luca Camil­leri, 9-Pedro Cejas, 10-Brian Ariel Gambarte, 11-Nicholas James Agius (4-Abu Dumbuya 66), 16-Jake MIcallef, 21-Strahinja Jovancic, 22-Zean Leonardi (77-Izaak Etim Akpan 89) 28-Vinicius De Paiva, 32-Toni Brito E Silva (71-Jurgen Pisani 78), 55-Kean Scicluna, 89-Mario Fontanella – Coach: Aniello Parisi

Naxxar L.: 1-Matthias Debono, 5-Gustavo Felioe Goncalves, 8-Neil Pace Cocks (17-Kayne Haber 71), 9-Alexandro Soares Firmino (16-Juan Reyes 71), 11-Joao Victor Souza Dos Santos (4-Theo Kruuger 89), 13-Mariano Silva Batista (7-Mark Fenech 52), 14-Christian Gauci, 19-Ro­siel Da Silva (10-Edson Farias 71), 22-Christian Nganmini, 24-Vinicius De Jesus, 33-Joao Vitor Moura Cardoso – Coach: George Vella

referee: Fyodor Zammit

ASS. refereeS: Duncan Sultana, Patrick Falzon

RABA’ UFF: Vladimir Rizoski

SKORERS:  G. Goncalves 9 (NL), T. Brito E Silva 19 (ZSP)

AMMONITI:  S. Jovancic (Z), N. Pace Cocks (N)

PLAYER TAL-LOGĦBA:  Mario Fontanella (Zabbar SP)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport