MOSTA………….. 0
FLORIANA…….. 1
Floriana telgħu waħedhom fil-quċċata tal-klassifika meta għelbu lil Mosta bl-iskor minimu ta’ 1-0, b’dawn tal-aħħar isofri l-ħames telfa tal-istaġun.
Peró kienu l-Mostin li bdew tajjeb u fir-raba’ minuta kienu ferm sfortunati meta Giancarlo Goncalves ra t-tenattiv tiegħu jaħbat mal-wieqfa.
Floriana fetħu l-iskor fit-23 minuta meta Manuel Areias għadda lejn Federico Varela li kompla lejn Jake Grech li b’xutt fil-baxx għeleb lill-goalkeeper, David Udoh Akpan.
Fil-75 minuta, il-Greens ingħataw penalty iżda l-istess Grech ra lill-goalkeeper Akpan idawwar f’corner.
Mosta: David Udoh Akpan, Aiden Agius (Zachary Brincat 46), Matthew Bolanos Garcia, Chukwuemeka Eke Junior, Daniel Henrique Machado Santos (Joao Victor Da Silva Dias 46), Giancarlo Goncalves (Sekou Kanitao Almamy 78), Nathan Agius (Gianluca Sciberras 78), Emmanuel Prince Chibuzor, Sunday Okereke Chisom, Jake Vassallo, Leonardo Fernandes Joaquim Da Silva (Quelmer Hurtado Herrera 46) – Coach: Joseph Grech
Floriana: Guilherme Cioletti Ferreira Da Silva, Jake Grech, Federico Nicholas Varlea Escudero, Zachary Scerri, Dunstan Vella, Owen Spiteri, Francisco Jose Coelho Texeira, Charles M’Mombwa, Gonzalo Julian Gamarra, Iago Perreira Mendonca, Rui Manuel Linhares Areias – Coach: Daniel Portela
Referee: Daniel Portelli
assistenti: Luke Portelli, Duncan Spencer
Raba’ Uff.: Valdimir Rizoski
Skorer: J. Grech 23 (F)
Ammoniti: M. Bolanos Garcia, C. Eke, L. Joaquim Da Silva, G. Sciberras (M); C. M’Mombwa (F)
Player tal-Logħba: F. Varela Escudero (Floriana)