Friday, October 24, 2025

Malta Premier League: Floriana v Birkirkara tispikka fid-disa’ ġurnata

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Wara waqfa ta’ tliet ġimgħat, illum jirritorna l-Malta Premier League hekk kif tibda tintlagħab id-disa’ ġurnata tal-Ewwel Fażi.

Dan il-programm huwa mill-aktar interessanti fejn jispikkaw żewġ partiti hekk kif il-leaders Floriana jaffrontaw lil Birkirkara filwaqt li Valletta jiffaċċjaw lil Hibernians.

Partita bilanċjata hija dik bejn Sliema Wanderers u Marsaxlokk filwaqt li Hamrun Spartans jibdew bħala favoriti meta jiltaqgħu kontra Naxxar Lions.

L-aħħar żewġ partiti, jirrigwardjaw in-naħa t’isfel tal-klassifika fejn Mosta u Gzira United jilagħbu kontra Zabbar St Patrick u Tar­xien Rainbows rispettivament.

Floriana v Birkirkara – Din hija partita diffiċli u delikata għaż-żewġ timijiet hekk kif f’dan l-istadju ħadd ma jaffordja jwaqqa’ l-punti.

Dan minħabba li Floriana jistgħu jinqabżu fil- quċċata tal-klassifika filwaqt li Birkirkara jridu jżommu l-kuntatt hekk kif huma distakkati b’sitt punti minn Floriana.

Il-Greens ġejjin minn erba’ rebħiet konsekuttivi filwaqt li l-Istripes rebħu tliet partiti mill-aħħar erba’ ħarġiet.

Filwaqt li għal Floriana Carlo Zammit Lonardelli jibqa’ dubjuż, Birkirkara għandhom lil Leandro Lautaro Lacunza sospiż.

Valletta v Hibernians – Valletta, li huma l-uniku team mingħajr telfa, jiltaqgħu kontra Hibernians li ġejjin minn żewġ telfiet bl-aħħar waħda tkun dik diretta kontra Floriana, bl-iskor ta’ 1-0.

Għaldaqstant xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriterji tal-Pawlisti biex jibqgħu jisfidaw għall-ewweġ żewġ positijiet f’din il-fażi li jkunu jfissru l-kwalifikazzjoni għas-semi-finali tal-play-offs finali.

Għal Hibernians jirritorna Pedro Augusto Cacho Alves minn sospensjoni.

Sliema W. v Marsaxlokk – Dan huma konfront meqjus bilanċjat bejn żewġ timi­jiet li ġejjin minn rebħa identika ta’ 2-0 … Sliema Wanderers fuq Hamrun Spartans u Marsaxlokk fuq Tarxien Rainbows.

Ir-rebħa tal-Wanderers kie­net l-ewwel telfa għall- Ispartans.

Għal Marsaxlokk, huwa mperattiv li joħorġu rebbieħa minħabba li qegħdin f’taqtiegħa ma’ Birkirkara għal post fit-Top Six.

Il-Wanderers ma jistgħux jinkludu lis-sospiżi Rashed Al Tumi u Jose Fernando Gomes Junior.

Min-naħa tagħhom, Mar­saxlokk m’għadhom l-ebda problema ta’ players neq­sin.

Naxxar L. v Hamrun S. – Hamrun Spartans jibdew favoriti netti li jiksbu t-tliet punti kontra Naxxar Lions li ġejjin minn telfa ta’ 1-0 kontra Valletta u li jinsabu fl-aħħar post tal-klassifika flimkien ma’ Mosta.

Peró, wieħed irid jara kemm l-Ispartans se jkunu mentalment u fiżikament b’saħħithom hekk kif proprju lbieraħ lagħbu fil-l-UEFA Confe­rence League kontra Lau­san­ne tal-Isvizzera (ara paġna 18).

­Huma se jkunu mingħajr is-sospiż Semir Smajlagic wara li tkeċċa kontra Sliema Wanderers.

Mosta v Zabbar SP – Din hija partita bejn żewġ timijiet fin-naħa t’isfel tal-klassifika li ġejjin minn telfa – Mosta kontra Gzira United (4-3) u Zabbar St Patrick kontra Birkirkara (2-0).

Il-Mostin, li jinsabu fil-qiegħ tal-klassifika, jimmiraw għal rebħa biex jaq­bżu lill-istess Żabbarin bar­ra ż-żona l-ħamra. Iżda jekk dawn tal-aħħar jo­ħor­ġu rebbieħa … id-destin għal Mosta jkun miktub fuq il-ħajt!

Gzira U. v Tarxien R. – Is-sitwazzjoni bejn Gzira United u Tarxien Rainbows hija l-istess hekk kif qed jissietlu biex isalvaw mir- relegazzjoni.

Filwaqt li r-Rainbows ġejjin minn tliet telfiet konsekuttivi, fl-aħħar tliet ħar­ġiet il-Maroons sofrew tliet telfiet u rreġistraw rebħa.

Huma mistennija jinżlu bl-aqwa formazzjoni possibbli filwaqt Tarxien għanhom lil Nnamdi Ofufu Ibeh sospiż.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport