Saturday, September 13, 2025

Malta Premier League: Hamrun Spartans jirbħu b’żewġ goals ta’ żewġ sostituti

Aqra wkoll

Hamrun Spartans …..2

Mosta …………………0

Minn Cristian Muscat

Hamrun Sparatns għelbu l-isfida ta’ Mosta bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals jaslu proprju fit-tieni taqsima minn żewġ sostituti jiġifieri Joseph Mbong u Mouad El Fanis.

L-Ispartans kienu peri­ko­lużi fl-ewwel kwarta lo­għob permezz ta’ żewġ konklużjonijiet tal-attakkant Saliou Thioune, bit-tnejn ikunu mdawra f’corner mill-goalkeeper ta’ Mosta, David Udoh Akpan.

Mosta wieġbu man-nofs siegħa logħob meta minn azzjoni ta’ corner, daqqa ta’ ras ta Sunday Okereke kienet salvata tajjeb mill-goalkeeper tal-Ispartans, Henry Bonello.

Fil-45 minuta, Hamrun kienu għoddhom fetħu l-iskor meta wara li rċieva minn cross mix-xellug ta’ Matias Nicolas Garcia, Merlin Hadzi pprova rovexxjata spettakolari li ntemmet ftit barra.

Fl-aħħar sekondi tal-ew­wel taqsima, l-aħjar player tal-logħba, il-Ħamruniż Matias Nicolas Garcia, kellu l-konklużjoni tiegħu b’xutt minn barra l-kaxxa tgħaddi ftit barra.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Hamrun ħarġu ferm aggressivi u fid-49 minuta fetħu l-iskor meta s-sostitut JOSEPH MBONG, li kien ilu biss tliet minuti fil-ground, skorja b’xutt minn poiżizzjoni ideali.

Mosta wieġbu fil-55 minuta meta Charles Chibuike tefa’ barra wara li rċieva minn cross ta’ Gianluca Sciberras. Dan sabiex ftit sekondi wara, Sunday Okereke kellu x-xutt tiegħu salvat tajjeb minn Bonello.

Fit-80 minuta l-Ispartans issiġġilaw ir-rebħa meta d- daqqa ta’ ras ta’ Semir Smaj­lagic stampat mal-mimduda, iżda d-difiża Mostija ma kklerjatx tajjeb u s-sostitut MOUAD EL FANIS tefa’ l- ballun fix-xibka.

Hamrun S.: 1-Henry Bonello, 2-Rafael Compri, 3-Nikolai Micallef (5-Sven Xerri 88), 8-Matias Nicolas Garcia, 9-Saliou Thioune (19-N’Dri Koffi 62), 13-Vincenzo Polito, 14-Semir Smaljagic (7-Shaisen Attard 89), 20-Jovan Cadenovic, 33-Domantas Simkus (10-Joseph Essien Mbong 46), 77-Merlin Hadzi (47-Mouad El Fanis 46), 91-Emerson Marcelina  – Coach: Giacomo Modica

mosta: 22-David Udoh Akpan, 3-Matthew Garcia Bolanos, 10-Giancarlo Goncalves (96-Leonardo Da Silva 60), 11-Charles Chibuike (9-Daniel Machado Santos 60), 14-Joao Victor Da Silva Dias, 16-Gianluca Sciberras (33-Bradley Farrugia 75), 21-Nathan Agius, 23-Quelmer Herrera (31-Sekou Kanitao 75), 26-Prince Emmanuel Chibuzor (19-Ryan Debono 85), 30-Sunday Okereke, 74-Jake Vassallo – Coach: Joseph Grech

referee: Alex Johnson

ASS. refereeS: Duncan Spencer, Robert Curtis

RABA’ UFF: Raiden Psaila

SKORERS: J. Mbong 49, M. El Fanis 80 (HS)

AMMONITI:  M. El Fanis, N. Micallef (HS); G. Sciberras, Q. Herrera, P. E. Chibuzor (M)

PLAYER TAL-LOGĦBA: Matias Nicolas Garcia (HS)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport