Saturday, September 13, 2025

Malta Premier League: Hibernians idawru telfa f’rebħa

Aqra wkoll

Hibernians ……2

Birkirkara ……..1

Minn Cristian Muscat

Hibernians dawru telfa f’rebħa  drammatika ta’ 2-1 kontra Birkirkara, bil-goal importanti jasal pro­prju fis-96 minuta mis-sostitut Cleiton Mendonca Padilha, biex b’hekk il-Pawlisti ikkundannaw lill-Istripes għall-ewwel telfa tagħhom f’dan il-kampjonat, wara żewġ draws konsekuttivi.

Filwaqt li Hibernians telgħu jokkupaw l-ewwel post flimkien ma’ Floriana, Birkirkara għandhom biss żewġ punti u distakkati b’ħamsa.

Dan ifisser ukoll li l-Istripes ma jridus jaqgħu lura jekk iridu jkunu minn fost l-isfidanti ewlenin għar-rebħ tat-titlu.

Kienu Hibernians li ħolqu l-ewwel periklu fit-12-il mi­nuta, meta Lucas Villela La­pert għadda tajjeb bit-takkuna lejn Felicio Carvalho li kellu x-xutt tiegħu salvat tajjeb mill-goalkeeper Spanjol ta’ Birkirkara, Miguel Martinez.

Birkirkara wieġbu b’mod immedjat u fit-23 minuta, xutt minn barra l-kaxxa ta’ Jan Busuttil għadda ftit għoli.

Fil-25 minuta, l-Istripes fetħu l-iskor meta KEMAR REID avvanza tajjeb u permezz ta’ xutt minn tarf il-kaxxa ħasad għal kollox lill-goalkeeper veteran tal-Pawlisti, Justin Haber.

Żewġ minuti biss wara, Franklin Sasere, għal Birkirkara mill-viċin spara għoli.

U eżattament fil-45 minuta, Kemar Reid għadda tajjeb lejn Lucas Macula li iżda ra lill-goalkeeper Pawlist isalva tajjeb.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Hibernians ħarġu ferm aggressivi u fid-49 minuta, xutt ta’ Pedro Augusto ġie salvat tajjeb minn Martinez.

Fis-57 minuta, kien Martinez li reġa’ kien tajjeb biex salva daqqa ta’ ras ta’ Bjorn Kristensen.

Hibernians komplew jip­pressaw u fid-69 minuta għamlu l-iskor indaqs meta JOAO VICTOR TEIXEIRA wara li rċieva minn azzjoni ta’ corner, għola fuq kulħadd u għeleb għal kollox lil Miguel Martinez.

U meta kollox kien qed jindika li l-logħba kienet se tintemm f’riżultat ta’ draw, huma skorjaw il-goal tar-reb­ħa fost id-dellirju tal-partitarji tagħhom, meta kien is-sostitut CLEITON MENDONCA li avvanza tajjeb u b’xutt sabiħ għeleb lil Martinez.

Hibernians: 24-Justin Haber, 4-Alfred Silas (18-Pablo Alves De Lima 62), 7-Lucas Villela Lapert, 9-Felicio Miullen (27-Cleiton Mendonca Padilha 74), 11-Bjorn Kristensen, 13-Joao Victor De Souza Teixeira, 22-Duane Bonnici (14-Dexter Xuereb 62), 41-Pedro Augsuto Alves Da Silva (6-Lucas Caruana 85), 44-Pedro Nunes Silva, 70-Duarte Lima Lopes (8-Ayrton Attard 74), 96-Charleston Dos Silva Santos – Coach: Branko Ni­sevic

BIRKIRKARA: 1-Miguel Angel Martinez, 3-Ignacio Manuel Morello, 4-Luis Mario Cordova Mina, 5-Stefan Marjanovic, 9-Kemar Reid, 22-Jan Busuttil (33-Geoffrey Edwin Acheampong 76), 24-Leandro Lautaro Lacunza, 25-Neil Micallef, 27-Franklin Sasere, 59-Donovan Stephane Makoma, 77-Lucas Macula (10-Shaun Dimech 76)     – Coach: Alessandro Caridi

referee: Slobodan Petrovic

ASS. refereeS: Jurgen Spiteri, David Castillo

RABA’ UFF: Daniel Portelli

SKORERS:  K. Reid 26 (B), J. V. De Souza Teixeira 69, C. Mendonca Padilha 96 (H)

AMMONITI:  A. Silas, N. Miullen, P. A. Da Silva, D. Lopes (H), K. Reid, D. S. Makoma (B)

PLAYER TAL-LOGĦBA: Kemar Reid (Birkirkara)

 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport