Wednesday, November 26, 2025

Malta Premier League: Hibernians miżmuma minn Naxxar L.

Aqra wkoll

HIBERNIANS ………..1

NAXXAR LIONS …….1

Hibernains ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Naxxar Lions, fejn iżda meta wieħed jikkunsidra l-wirja mill-aqwa li kellhom Naxxar, żgur li kieku ħarġu rebbieħa ma kienu jisirqu xejn.

Kienu Hibernians li ħolqu l-ewwel periklu, fl-14-il mi­nuta, meta Lucas Villela Iapert waħdu quddiem  Matthias Debono, ra lil-goalkeeper Naxxair jsalva tajjeb.

Minuta wara, l-istess player venven kanunata minn tarf il-kaxxa iżda l-ballun ħabat max-xibka ta’ barra.

Fit-42 minuta, wara azzjoni minn free-kick, Neil Pace Cocks, kellu d-daqqa ta’ ras mill-viċin tintemm ftit barra.

Tliet minuti wara, il-Lions fallew ċans li jiftħu l-iskor meta Joao Victor Souza Dos Santos għadda tajjeb lejn Gabriel Costa Goncalves li avvanza waħdu iżda l-goalkeeper, Laurentiu Branescu, innewtralizza kull periklu.

Fis-70 minuta, Hibernians fetħu l-iskor meta ngħataw penalty hekk kif Amiel Geuhi waqqa’ lil Cleiton Mendonca fil-kaxxa … biex mill-11-il LUCAS VILLELA LAPERT li ma ħafirx.

Iżda minuta biss wara, Naxxar kisbu d-draw meta Joao Victor De Souza Santos indirizza cross li sab lil  ALEXANDRO FIRMINO, li permezz ta’ daqqa ta’ ras stupenda mill-viċin tefa’ ġewwa.

Hibernians: Costantin-Laurentiu Branescu, Alfred Hamanjoda Silas (Mailson Duarte Lopes 77), Lucas Caruana (Ayrton Attard 87), Lucas Villela Iapert, Bjorn Kristensen, Pablo Alves De Lima, Duane Bonnici (Matthew Ellul 77), Cleiton De Jesus Mendonca Padilha, Pedro Augusto Cacho Alves Da Silva, Pedro Henrique Nunes Silva, Charleston Silva Dos Santos – Coach: Branko Nisevic

Naxxar L.: Matthias Debono, Theo Seara Kruger, Gustavo De Campos Goncalves, Neil Pace Cocks, Edson Cerqueira Farias (Alexandro Firmino 57(, Joao Vitor Souza Dos Santos, Christian Gauci, Rosiel Pereira Da Silva, Gabriel Costa Goncalves, Sekala Siolklon Amiel (Mathes Batista 85), Joao Vitor Moura Cardoso – Coach: George Vella

Referee: Daniel Casha

assistenti: Mark Ciantar, Kurt Saliba

Raba’ Uff.: Alex Johnson

Skorers: L. Iapert 70 pen (H); A. Firmino 71 (NL)

Ammoniti: A. Silas, B. Kristensen, D. Bonnici (H); N. Pace Cocks, G. Goncalves, S. Guehi (NL)

Player tal-Logħba: Joao Victor Souza Dos Santos (NL)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport