Sunday, September 28, 2025

Malta Premier League: Rebħa meritata minn Hamrun Spartans

Aqra wkoll

HAMRUN SPARTANS….2

HIBERNIANS………….. 0

B’wirja brillanti u  impekkabbli, Ham­run Spartans għelbu lil Hibernians bl-iskor ta’ 2-0 biex minbarra li qabżuhom fil-quċċata tal-klassifika tal-Malta Premier League, tawhom ukoll l-ewwel telfa tal-istaġun.

Wara bidu tajjeb minn Hibernians, fid-disa’ minuta, Hamrun marru fil-vantaġġ meta Merlin Hadzi xeħet through-pass lejn Semir Smajlagic li antiċipa l-ħarġa tal-goalkeeper, Hugo Sacco, billi xeħet il-ballun fix-xibka.

Fil-25 minuta, Smajlagic niżżel lejn Joseph Mbong li x-xutt mill-viċin tiegħu għadda jħakkek ma’ sieq il-lasta. 

Fl-40 minuta, l-Ispartans resqu ferm viċin li jirduppjaw meta Jovan Cadenovic xeħet cross fil-baxx u Smaj­lagic ipprova jaħsad lil Hugo Sacco, b’daqqa ta’ takkuna  iżda daqstant ieħor kien is-save brillanti tal-goalkeeper Pawlist.

Fit-53 minuta, Hibernians fallew ċans tad-deheb li jiksbu d-draw hekk kif Villela minn metru bogħod naqas li jagħmel kuntatt mal-ballun biex jixħet fix-xibka wara cross minn fuq ix-xellug.

Ħames minuti wara, Sacco wettaq l-isbaħ save tal-partita meta ċaħħad lil Smajlagic minn taħt il-lasta.

Iżda fis-60 minuta ma seta’ jagħmel xejn meta mill-viċin, Joseph Mbong, ipplejsja l-ballun fix-xibka.

Fl-84 minuta, l-attakkant Ħamruniż, Mouad El Fanis, ġie mċaħħad minn sieq il-lasta.

Hamrun S.: Henry Bonello, Ra­fael Petrilio Compri, Joseph Mbong (Shaisen Attard 72), Vincenzo Polito, Semir Smajlagic (Emerson Marcelina 64), Jovic Cadenovic, Ante Coric (N’Dri Koffi 64), Ederson Bruno Domingos, Ognjen Bjelicic, Merlin Hadzi (Mouad El Fanis 72), Ryan Camenzuli – Coach: Giacomo Modica

Hibernians: Hugo Sacco, Lucas Caruana (Lyon Abela 75), Lucas Villela Iapert, Bjorn Kristensen, Joao Victor De Souza Teixeira (Charleston 64), Dexter Xuereb (Ayrton Attard 75), Aiden Zammit, Pablo Alves De Lima, Cleiton De Jesus Mendonca Padilha, Pedro Augusto Cacho Alves Da Silva (Denzil Muscat 90), Mailson Lima Duarte Lopes (Jayden Ohaka 90)  – Coach: Branko Nisevic

Referee: Alex Johnson

assistenti: Mitchell Scerri, David Castillo

Raba’ Uff.: Joseph Scerri

Skorers: S. Smajlagic 9, J. Mbong 60 (HS)

Ammoniti: O. Bjelicic (HS); P. Cacho Da Silva (H)

Player tal-Logħba: Ederson Bruno Domingos (Hamrun S.)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport