Sunday, September 14, 2025

Malta Premier League: Rebħa minima ta’ Sliema Wanderers fuq Tarxien Rainbows

Aqra wkoll

Sliema Wanderers ….1

Tarxien Rainbows .…0

Minn Cristian Muscat

Sliema Wanderers kel­lhom jitħabtu kisbu rebħa minima ta’ 1-0 kontra t-team promoss ta’ Tarxien Rainbows, bil-goal importanti jasal kmieni eżattament wara biss erba’ minuti.

B’din ir-rebħa, il-Wanderers telgħu fit-tieni post flimkien ma’ Marsaxlokk … punt inqas mil-leaders Hibernians u Floriana.

Min-naħa tar-Rainbows, dawn sofrew it-tieni telfa konsekuttiva biex jinsabu fl-aħħar pożizzjonio flim­kien ma’ Naxxar Lions. 

Huma ma setgħux kel­lhom bidu aħjar meta pro­prju fir-raba’ minuta, fetħu l-iskor permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża mill-viċin ta’ HENRIQUE MURILO.

Fl-34 minuta, huma resqu viċin li jirduppjaw l-iskor meta Adam Magri Overend kellu x-xutt sabiħ tiegħu mdawwar f’corner bi bravura mill-goalkeeper tar-Rainbows, Andrea Cassar.

Fit-tieni tasima, miniejja li l-Wanderers kellhom l-iniz­jattiva u kienu territorjalment aħjar, ma setgħux jinfdu lid-difiża organizzata Tarxiniża … u bil-ħin għaddej riedu jiskorja goal ieħor biex prattikament jagħlqu l-logħba. 

Fil-75 minuta, is-Slimiżi resqu viċin iżda x-xutt tas-sostitut, Myles Beerman, kellu t-tentattiv tiegħu jiġi mdawwar f’corner mill-goalkeeper Cassar.

Fit-83 minuta, Tarxien Rainbows  għamlu reazzjoni u kienu huma li resqu viċin li jsibu x-xibka u jagħmlu l-iskor indaqs iżda x-xutt ta’ Jonata De Oliveira Bastos ġie mdawwar f’corner mill-goalkeeper, Rashed Al Tumi.

Fil-ħin miżjud, ir-Rainbows reġgħu heddew u s-sostitut, Wallisson Dantas Dos Santos, seta’ għamel aħjar meta minn qagħda ferm ideali xeħet ix-xutt tiegħu għoli biex iċ-ċans intilef.

Din kienet l-aħħar azzjoni tal-partita bil-Wanderers jiksbu t-tliet punti.

SLIEMA W.: 22-Rashed Al Tumi, 2-Jean Borg, 5-Neil Frendo (15-Gustavo Alcino 78), 7-Adam Magri Overend, 9-Vito Plut (14-Kyrian Nwoko 78), 12-Roko Prsa, 31-Henrique Murilo, 70-Steve Pisani (11-Myles Beerman 67), 93-Thiago Espindola (42-Boubakary Diarra 57), 94-Jose Gomes Junior (17-Mamadu Bah 57), 98-Miguel Baggio   – Coach: Paul Zammit

TARXIEN R.: 1-Andrea Cassar, 3-William Filipe, 6-Tiago Santos, 7-Alexandre De Barros, 9-Jonata De Bastos, 10-Claudio da Silva Barbosa (70-Wallisson Dos Santos 39), 17-Gabriel Vella (37-Ofufu Ibeh 58), 23-Huanne Da Silva Rosa, 54-Rafael Tavares, 74-Andreas Vella (88-Kyle Gatt 86), 77-Marcus Grima – Coach: Jacques Scerri

referee: Emanuel Grech

ASS. refereeS: Mark Ciantar, Vasil Vasilev

RABA’ UFF: Ishmael Barbara

SKORERS:  H. Murilo 4 (SW)

AMMONITI: : J. Borg, M. Baggio (SW), T. Santos (TR)

PLAYER TAL-LOGĦBA:  Adam Magri Overend (SW)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport