Naxxar Lions …………2
Tarxien Rainbows …..3
Minn Cristian Muscat
Tarxien Rainbows kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Naxxar Lions bl-iskor ta’ 3-2.
Tarxien fetħu l-iskor wara biss tmien minuti meta n-Niġerjan OFUFU IBEH NNAMDI venven xutt minn barra l-kaxxa li ħasad għal kollox lill-goalkeeper żagħżugħ ta’ Naxxar, Matthias Debono.
Fid-19-il minuta, in-Naxarin għamlu l-iskor indaqs meta VINICIUS DE JESUS FEREIRA rċieva tajjeb mil-lemin u minn taħt il-lasta ma ħafirx.
Fit-33 minuta, Naxxar resqu viċin li jaqilbu l-iskor favur tagħhom meta xutt ċentrali ta’ Giuseppe Bonanno ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper u captain ta’ Tarxien Rainbows Andrea Cassar.
Żewġ minuti biss wara kien Vinicius de Jesus Fereira għal Naxxar li reġa’ ttanta xortih iżda Cassar reġa’ salva tajjeb.
Naxxar baqgħu jippressaw u fit-38 minuta kienu ferm sfortunati li ma sabux ix-xibka hekk kif Neil Pace Cocks kellu t-tentattiv tiegħu jistampa mal-wieqfa.
Fit-52 minuta Naxxar tilfu ċans tad-deheb li jsibu x-xibka meta tentattiv ta’ Giuseppe Bonanno ġie salvat f’corner bi bravura minn Andrea Cassar.
Huma komplew jiddominaw u ħames minuti wara marru fil-vantaġġ bi freekick mill-isbaħ ta’ JOAO VITOR MOURA CARDOSO, li ma ta l-ebda ċans lil Cassar.
Iżda Tarxien għamlu reazzjoni u fis-66 minuta ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ daqqa ta’ ras tas-sostitut KYLE GATT li għeleb għal kollox lil Matthias Debono, biex b’hekk skorja l-ewwel goal tiegħu f’dan l-istaġun, u dan wara li kien ilu biss erba’ minuti fil-ground.
Dan il-goal ipprovda injezzjoni morali lir-Rainbows hekk fid-79 minuta, skorjaw il-goal tar-rebħa permezz ta’ HUANNE DA SILVA liema riżultati jista’ jiswa mitqlu fil-ġlieda tagħhom kontra r-relegazzjoni.
NAXXAR L.: 1-Matthias Debono, 4-Theo Kruger, 5-Gustavo Felipe de Campos, 8-Neil Pace Cocks (Mark Fenech 60), 9-Alexandro Firmino Soares, 11-Joao Victor Souza dos Santos (Amiel Sekala 80), 13-Matheus Silva Batista (Rosiel da Silva 67), 22-Christian Kontchou, 24-Vinicius de Jesus Fereira, 28-Giuseppe Bonanno (Kayne Haber), 33-Joao Vitor Moura Cardoso – Coach: George Vella
TARXIEN R.: 1-Andrea Cassar, 3-Salomao Willian Felipe, 6-Tiago Conceicao, 7-Alexandre Octavio, 9-Jonata de Oliveira (70-Wallisson 62), 17-Gabriel Vella (88-Kyle Gatt 62), 18-Sheldon Mizzi (74-Andreas Vella 46), 23-Huanne Da Silva Rosa, 27-Magsom Luc Zango, 37-Ofufu Ibeh Nnamdi (99-Alberto Castano 79), 54-Rafael Tavares (29-Kwasi Donsu 65) – Coach: Jacques Scerri
referee: Alex Johnson
ASS. refereeS: Kurt Saliba, David Castillo
RABA’ UFF: Fyodor Zammit
SKORERS: : V. Ferreira De Jesus 23, J. V. Moura Cardoso 59 (NL), N. O. Ibeh 9, K. Gatt 66, H. Nhaysonn 79 (TR)
AMMONITI: N. Pace Cocks, M. Silva Batista, G. Bonanno (NL), H. Nhaysonn, K. Donsu (TR)
PLAYER TAL-LOGĦBA: Andrea Cassar (Tarxien R.)
Malta Premier League: Tarxien Rainbows jiksbu l-ewwel rebħa tal-istaġun