TARXIEN RAINBOWS…… 1
VALLETTA…………………… 2
Valletta dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor ta’ 2-1 u telgħu jaqsmu t-tieni post tal-klassifika flimkien ma’ Hamrun Spartans … punt taħt il-leaders u rivali eterni Floriana.
Kienu r-Rainbows li fetħu l-iskor fl-ewwel minuta tal-ħin miżjud tal-ewwel taqsima meta minn azzjoni ta’ corner, Rafael Azevedo Tavares, bir-ras xeħet fix-xibka.
Iżda appena għaddiet minuta, il-Lilywhites kisbu d-draw meta Yuri De Jesus Messias approfitta minn żball ta’ Marcus Grima u kien pront sammar il-ballun fix-xibka.
Imbagħad, fit-82 minuta Valletta skorjaw il-goal tar-rebħa meta l-goalkeeper, Andrea Cassar, laqa’ parzjalment ix-xutt ta’ Andrea Zammit u mir-rebound, Yuri De Jesus Messias, xeħet il-ballun fix-xibka.
Tarxien R.: Andrea Cassar, Filipe Willian Salomao, Tiago Francisco Conceicao Santos (Luc Magsom Zango 89), Octavio Alexandre Leal De Barros, Nhayonn Huane Da Silva Rosa, Kwasi Donsu, Nnamdi Ofufu Ibeh, Rafael Rodrigues Azevedo Tavares, Wallisson Alberto Dantas Dos Santos (Jonata De Oliveira Bastos 57), Andreas Vella (Kyle Gatt 87), Marcus Grima (Gabriel Vella 87) – Coach: Jacques Scerri
Valletta: Adilson Aguero dos Santos, Steve Borg, Brandon Diego Paiber (Rowen Muscat 85), Yannick Yankam (Andrea Zammit 60), Shaft Keith Brewer Jr (Andrei Ciolacu 60), Moise Emmanuel Mbende, Yuri De Jesus Messias, Sava Radic, Thaylor Aldama, Jefferson De Assis (Evandro Pinto Gomes 60), Jackson Usuga Mendoza (Jake Azzopardi 77) – Coach: Thane Micallef
Referee: Ezekiel Barbara
assistenti: James Muscat, Vasil Vasilev
Raba’ Uff.: Anthony Paul Vella
Skorers: R. Azevedo Tavares 45+1 (TR); Y. De Jesus Messias 45+2, 82 (V)
Ammoniti: W.S. Felipe, O. Leal De Barros, N. Ofufu Ibeh (B); Y. De Jesus Messias, T. Aldama (V)
Player tal-Logħba: Yuti De Jesus Messias (Valletta)
ZABBAR ST PATRICK………. 2
GZIRA UNITED………………. 0
Zabbar kisbu rebħa mill- aktar importanti meta f’konfront dirett fin-naħa t’isfel tal-klassifika, huma għelbu lil Gzira United bl-iskor ta’ 2-0.
B’din ir-rebħa, iż-Żabbarin ħallew lill-Gżirjani fil-post ta’ qabel l-aħħar tal-klassifika bi tliet punti.
Huma fetħu l-iskor fit-13-il minuta meta Zean Leonardi daħal fil-kaxxa, baqa’ javvanza u b’xutt fil-baxx għeleb lil Karl Sargent.
Fit-58 minuta, Zabbar resqu viċin li jirduppjaw iżda Clayton Failla salva minn fuq il-linja fatali tentattiv ta’ Brian Ariel Gambarte.
Madankollu, fit-78 minuta, is-Saints aċċertaw mir-rebħa meta ngħataw penalty għal foul ta’ David Xuereb fuq Mario Fontanella u Gambarte ma żbaljax.
Zabbar SP: Luca Camilleri, Abu Dumbuya (Jake Micallef 58), Pedro Santiago Cejas, Brian Ariel Gambarte, Strahinja Jovancic, Zean Leonardi, Vinicius De Paiva (Youngwon Im 52), Ryan Scicluna (Jurgen Pisani 70), Toni Brito E Silva (Mario Fontanell 71), Samuel Gomes Da Mata (Haroun Tchaouna 58), Kean Scicluna – Coach: Aniello Parisi
Gzira U.: Karl Sargent, Gabriel Bohrer Mentz, Pablo Esteban Fonseca Brenes, Santiago Perlaza Martinez (Andrew Borg 45), Andre Carlos Penha Da Costa, Clayton Failla, Luis Carlos Riascos, Marc van de Bovenkamp Font (Jork Eblin Becerra Portocarrero 60), Johan Josue Bonilla Calderon, Felix Wallace Bonilha (David Xerueb 47), Fabricio Silva Virgens – Coach: Clive Mizzi
Referee: Slobodan Petrovic
assistenti: Duncan Sultana, Duncan Spencer
Raba’ Uff.: Daniel Casha
Skorers: Z. Leonardi 13, B.A. Gambarte 78 pen (ZSP)
Ammoniti: T. Brito E Silva, Z. Leonardi (ZSP); G. Bohrer Mentz, A. Penha Da Costa, C. Failla, F. Silva Virgens (GU)
Player tal-Logħba: Brian Ariel Gambarte (Zabbar SP)
MARSAXLOKK……….. 0
BIRKIRKARA…………. 0
Marsaxlokk u Birkirkara spiċċaw fi draw ta’ mingħajr goals liema riżultat ma kkuntenta lil ħadd.
Fil-veritá l-partita ma laħqitx l-aspettattivi mixtieqa hekk kif il-logħob kien konċentrat f’nofs il-ground biż-żewġ timijiet kien aktar moħħhom biex ma jsofrux il-goal milli jiskorjaw.
Infatti l-attakki offensivi kienu kemmxejn skarsi.
L-aħjar ċans tal-logħba wasal fis-60 minuta iżda d-difensur ta’ Birkirkara, Ignacio Morello, għamel l-impossibbli minn taħt il-lasta wara li rċieva mingħand Lucas Ribeiro De Oliveira.
Marsaxlokk: Christoffer Henri Mafoumbi, Weder Soares Da Silva, Enrico Pepe, Nikolai Muscat, Jose Ulises Arias, Juan Carlos Corbolan, Jorge Ailton Soares, Joseph Minala, Redon Mihana (Triston Caruana 57), Marcelo Barros Santos (James Vella 91), Ayom Majok Ayom (Nevin Portelli 67) – Coach: Vincenzo Potenza
Birkirkara: Miguel Angel Martinez, Francisco Lopez Garrone, Manuel Ignacio Morello, Luis Mario Cordova Mina, Kemar Reid, Shaun Dimech, Leandro Lautaro Lacunza, Neil Micallef, Geoffrey Acheampong, Donovan Stephane Makoma, Lucas Ribeiro De Oliveira – Coach: Gianluca Festa
Referee: Glen Tonna
assistenti: Luke Portelli, Kurt Saliba
Raba’ Uff.: Emanuel Grech
Skorers: Ħadd
Ammoniti: W. Soares Da Silva, E. Pepe (M); L. Lacunza, F. Lopez Garrone, L. Cordova Mina (B)
Player tal-Logħba: Donovan Stephane Makoma (Birkirkara)