Tuesday, September 16, 2025

Malta Premier League: Valletta jegħlbu lil Floriana b’żewġ goals fit-tieni taqsima

Aqra wkoll

Floriana ……0

Valletta …….2

Minn Cristian Muscat

Valletta għelbu lir-rivali eterni Floriana bl-iskor ta’ 2-0 hekk kif il-Greens lagħbu għal 80 minuta bi player inqas meta tkeċċa Charles M’Mombwa u lejn it-tmiem tkeċċielhom ukoll Mattia Veselji … biex fil-ħin miżjud il-Lilywhites issiġillaw ir-rebħa.

Wara biss tliet minuti, Messias resaq viċin għall- Beltin iżda ġie antiċipat minn Lopes.

Fid-disa’ minuta, tkeċċa M’Mombwa meta ikkommetta foul fuq Jefferson De Assis li kien destinat li javvanza waħdu.

Fil-21 minuta, l-istess Jefferson ma rnexxielux jolqot il-ballun biex seta’ jikkonkludi mill-cross ta’ Sava Radic.

fid-29 minuta Thaylor Aldama xeħet cross li sab lil Yannick Yankam iżda minn pożizzjoni angolata d-daqqa ta’ ras tiegħu spiċċat barra. 

Fid-39 minuta, Valletta reġgħu bnew attakk ieħor iżda x-xutt ta’ Jackson Mendoza mid-distanza kien wisq fraġli u ġie salvat mill-goalkeeper Cioletti min­għajr wisq tbatija.

Fit-42 minuta, il-Beltin fallew l-akbar opportunitá meta Jefferson qabeż tajjeb lil Cioletti iżda l-konklużjoni tiegħu ġiet salvata minn Lopes minn fuq il-linja fatali.

Fil-51 minuta, Floriana resqu viċin iżda t-tentattiv ta’ Rui Areias ġie salvat mill-goalkeeper Belti.

Madankollu, fid-59 minuta Valletta fetħu l-iskor meta Jefferson niżżel il-ballun lejn YURI DE JESUS MESSIAS li b’xutt minn tarf il-kaxxa ma ħafirx. Fil-81 minuta, Cioletti salva tajjeb fuq Jefferson.

Fit-88 minuta, Floriana kellhom ukoll lil Veselji mkeċċi għal żewġ karti sofor  … u prorpju fl-94 minuta, l-eks player ta’ Floriana, ANDREI CIOLACU, issiġilla r-rebħa għat-team mill-kapitali meta xeħet fix-xibka mill-viċin.

Floriana: 23-Guilherme Cioletti, 2-Lucas Emanuel Lopes, 8-Jake Grech, 10-Federico Varela, 12-Dunstan Vella (11-Zachary Scerri 56), 17-Owen Spiteri, 22-Jose Teixeira, 24-Charles M’Mombwa, 25-Julian Gonzalo Gamarra (70-Mattia Veselji 76), 34-Iago Mendonca, 94-Rui Manuel Areias (19-Jah Mustapha 61) – Coach: Daniel Portela

VALLETTA: 90-Adison Aguero Dos Santos, 4-Steve Borg, 10-Brandon Paiber, 20-Yannick Yankam (11-Jake Azzopardi 76), 28-Keith Brewer Jr, 44-Neil Anthony Micallef (33-Emmanuel Mbende 66), 50-Yuri De Jesus Messias (8-Andrea Zammit 85), 55-Sava Radic, 77-Thaylor Aldama, 94-Jefferson De Assis (9-Andrei Ciolacu 85), 98-Jackson Mendoza – Coach: Thane Micallef

referee: Philip Farrugia

ASS. refereeS: Duncan Sultana, Jurgen Spiteri

RABA’ UFF: Matthew Degabriele

SKORERS:  Y. De Jesus Messias 59, A. Ciolacu 94 (V)

AMMONITI:  J. Grech, D. Vella, M. Veselji (F), S. Borg, N. A. Micallef, S. Radic (V)

TKEĊĊEW:  C. M’Mombwa 9, M. Veselji 88 (F)

PLAYER TAL-LOGĦBA:  Yuri De Jesus Messias (V)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport