Hamrun Spartans……… 1
Marsaxlokk………………. 3
Marsaxlokk għelbu lil Hamrun Spartans bl-iskor ta’ 3-1 liema rebħa setgħet kienet akbar. B’dan ir-riżultat, gawdew Floriana li baqgħu erba’ punti fuq l-Ispartans.
Marsaxlokk fetħu l-iskor fit-18-il minuta meta Dodo qabbeż il-ballun lejn FRED JUBHEL li minn pożizzjoni ideali tefa’ l-ballun wara l-goalkeeper Spanjol ta’ Hamrun, Francisco Celio Da Paz Silva.
Fit-38 minuta, ix-Xlukkajri fallew ċans tad-deheb li jirduppjaw meta minn taħt il-lasti Doda tefa’ inkredibbilment għoli.
Peró, huma għamlu dan fl-44 minuta meta JOSEPH MINALA venven xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lil Da Paz Silva jsalva.
Iżda l-Ispartans wettqu reazzjoni mmedjata u minuta wara naqqsu l-marġni tal-iskor meta minn azzjoni ta’ corner, mill-viċin N’DRI KOFFI spara fix-xibka.
Fil-51 minuta, Marsaxlokk kienu sfortunati li ma skorjawx it-tielet goal meta Dodo kellu xutt mill-isbaħ jistampa mal-wieqfa.
Iżda dan ma damx ma wasal hekk kif tmien minuti wara, mill-corner ta’ Leandro Aguirre, WEDER SOARES DA SILVA xeħet fix-xibka permezz ta’ daqqa ta’ ras.
Hamrun S.: Francisco Celio Da Paz Silva Filho, Sven Xerri, Shaisen Attard, Matias Nicolas Garcia, Serigne Saliou Mbacke Thioune (Domantas Simkus 46), Joseph Mbong (Semir Smajlagic 46), N’Dri Koffi, Ante Coric (Merlin Hadzi 62), Ognjen Bjelicic (Rafael Petriko Compri 72), Emerson Marcelina, Ryan Camenzuli (Nikolai Micallef 46) – Coach: Giacomo Modica
Marsaxlokk: Christoffer Henri Mafoumbi, Weder Soares Da Silva, Enrico Pepe, Nikolai Muscat, Fred Tsoumou Hama Jubhel (Marcelo Barros Santos 80), Jose Ulises Arias (James Vella 94), Juan Carlos Corbalan, Jorge Ailton Soares (Ensell Attard 94), Joseph Minala, Leandro Damian Aguirre, Ayom Majok Ayom (Jake Ghio 77) – Coach: Enzo Potenza
Referee: Ezekiel Barbara
assistenti: James Muscat, Vasil Vasilev
Raba’ Uff.: Slobodan Petrovic
Skorers: F. Jubhel 19, J. Minala 44, W. Soares 59 (M); N. Koffi 45)
Ammoniti: M. Garcia, N. Micallef (HS); W. Soares (M)
Player tal-Logħba: Joseph Minala (Marsaxlokk)
Valletta………………….. 1
Sliema Wanderer…….. 2
Sliema Wanderers dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Valletta bl-iskor ta’ 2-1.
Kienu l-Beltin li fetħu l-iskor fit-33 minuta, meta BRANDON PAIBER approfitta minn indeċiżjoni fid-difiża tal-Wanderers.
Iżda fit-78 minuta, FERNANDINHO kiseb id-draw għall-Wanderers b’xutt bid- dawra.
Imbagħad tkeċċa De Assis (83) għal Valletta wara li daqqa ta’ minkeb lil Bernardo li wkoll tkeċċa għal Sliema minħabba protesti.
Fid-90 minuta, THIAGO ESPINDOLA ta t-tliet punti lis-Slimiżi b’xutt mid-distanza.
Valletta: Adilson Aguero Dos Santos, Steve Borg, Andrea Zammit (Jefferson De Assis 62), Brandon Diego Paiber, Jake Azzopardi, Yannick Yankam (Jackson Usuga Mendoza 73), Shaft Brewer Jr, Moise Emmanuel Mbende, Yuri De Jesus Messias, Sava Radic, Thaylor Aldama – Coach: Thane Micallef
Sliema W.: Kelvin Agu Emeka, Jean Borg, Adam Magri Overend, Roko Prsa, Kyrian Nwoko (Neil Frendo 87), Gustavo Alcino (Mamadu Bah Sulahmana 64), Wescley Matos Da Silva, Murilo Henrique Freire Bernardo, Thiago Espindola De Paula, Jose Fernando Gomes Junior, Miguel Baggio Cover – Coach: Paul Zammit
Referee: Daniel Portelli
assistenti: Jurgen Spiteri, Mitchell Scerri
Raba’ Uff.: Alex Johnson
Skorers: D. Paiber 33 (V); Fernandiho 78, T. Espindola 90 (SW)
Ammoniti: M. Baggio, R. Prsa, M. Sulahmana, J. Gomes, M. Bernardo (SW); S. Radic (V)
Tkeċċew: M. Bernardo 83 (SW); J. De Assis 83 (V)
Player tal-Logħba: Miguel Baggio (SW)

