Saturday, March 7, 2026

Malta Premier: Programm b’partiti kruċjali

Aqra wkoll

Bejn illum u għada tintlagħab l-10 ġurnata tal-Closing Round li hija kruċjali minħabba li hija wkoll ta’ qabel l-aħħar biex jiġi deċiż min se jilgħab fit-Top Six u fil-Bottom Six bit-taqtiegħa hija ferm inte­ressanti u għaldaqstant xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriterji ta’ dawk it-timijiet involuti.

Iżda l-isfida għall-ewwel post tkompli bejn Floriana, Hamrun Spartans u sa ċertu punt Marsaxlokk li jin­sabu fit-tielet post tal-klassifika.

It-tliet timijiet għandhom konfronti delikati  kontra timijiet li għandhom bżonn il-punti biex fl-aħħar fażi jilagħbu mal-aħjar sitta.

Filwaqt li Floriana jaffrontaw lir-rivali eterni, Sliema Wanderers … Hamrun Spartans jilagħbu kontra l-ġirien Birkirkara … u Marsaxlokk jiffaċċjaw lil Naxxar Lions li bħalissa għandhom moral mill-aktar għoli.

Gzira United jiltaqgħu ma’ Hibernians fejn rebħa għal dawn tal-aħħar hija prioritá.

Valletta jridu jkunu ffo­kati kontra Tarxien Rainbows minħabba li ma jistgħux ifallu.

Floriana v Sliema W. – Din hija partita li fiż-żminijiet passati kulħadd kien ikun qed jistenna minħabba d-dominanza tagħhom għal għexieren ta’ snin.

Iżda dan l-Old Firm Derby tilef ħafna mill-importanza tie­għu.

Iż-żewġ timijiet jinsabu fil-bżonn tal-punti … Flo­riana biex jibqgħu l-kmandi tal-klassifika filwaqt li Sliema Wanderers biex jikkwalifikaw mat-Top Six.

Fl-aħħar ħarġa tagħhom, Flo­riana fallew żewġ punti fid-draw ta’ 1-1 fil-konfront dirett kontra Hamrun Spartans, b’dawn tal-aħħar jis­korjaw, fis-96 minuta, fl-aħ­ħar azzjoni tal-logħba.

Min-naħa tal-Wanderers, dawn ġejjin ukoll minn draw ta’ 1-1 kontra Tarxien Rainbows.

Huma se jkunu msaħħa bir-ritorn ta’ Murilo Henrique Bernardo minn sos­pen­sjoni.

Fiż-żewġ partiti preċedenti, Floriana rebħu 2-1 bl-oħra tispiċċa fi draw ta’ 2-2.

Hamrun S. v Birkirkara – Wara l-eliminazzjoni mill-FA Trophy, Hamrun Spartans jiffaċċjaw lil Birkirkara li kkwalifikaw għas-semi- finali ta’ din il-kompetiz­zjoni.

Iżda din se tkun partita kompletament differenti fejn l-Ispartans qed jimmiraw l-ewwel post filwaqt li l-Istripes qed jimmiraw it-Top Six.

Hamrun għandhom lil Emerson Marcelina sospiż  filwaqt li Alessandro Coppola jirritorna għal Birkirkara minn sospensjoni.

Hamrun rebħu ż-żewġ partiti ta’ qabel 2-0 u 6-1.

Marsasxlokk v Naxxar L. – Marsaxlokk jiltaqgħu kontra s-semi-finalisti tal-FA Trophy, Naxxar Lions, konxji mill-fatt li rebħa għal dawn tal-aħħar jilħqu lill-istess Xlukkajri fit-tielet post.

Fil-partita preċedenti, Marsaxlokk, li se jkollhom lura lil Juan Carlos Corba­lan, minn sospensjoni,  kienu reb­ħu 1-0.

Gzira U. v Hibernians Meta l-istaġun huwa mitmum għal Hibernians, iridu jimmiraw li jilagħbu fit-Top Six biex itemmuh fuq nota tajba.

Huma se jkunu msaħħa bir-ritorn ta’ Dexter Xuereb minn sospensjoni.

Il-Pawlisti rebħu ż-żewġ partiti preċedenti bl-iskors ta’ 5-3 u 4-1.

Valletta v Tarxien R. – Friski mir-rebħa fuq Hamrun Spartans biex għaddew għas-semi-finali tal-FA Tro­phy, Valletta jridu juru rispett massimu lejn Tar­xien Rainbow li huma lesti li jqumu għall-okkażjoni.

Huma għandhom lil Moise Mbende sospiż filwaqt lil Miguel D’Alessandro jirritorna għal Tarxien.

Valletta rebħu l-partita tal-Opening Round bl-iskor ta’ 2-1. 

Zabbar SP v Mosta – Din hija partita bejn żewġ timijiet li jridu jevitaw ir-relegazzjoni u għaldaqstant jinsabu fil-bżonn tal-punti.

Fiż-żewġ partiti preċedenti, iż-żewġ timijiet spiċ­ċaw fi draws identiċi ta’ 1-1.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport