Sunday, April 12, 2026

Malta Premier: Rebħa stretta għal Valletta fuq Gzira United

Aqra wkoll

Valletta……………..…..2

Gzira united …………1

F’partita li ntlagħbet fil-Gozo Stadium bħala parti mill-Gozo Weekender, Valletta għelbu lil Gzira Uni­ted bl-iskor ta’ 2-1, bil-goals kollha jaslu fit-tieni taqsima.

Dan il-konfront laqqa’ liż-żewġ finalisti tal-FA Trophy li se tintlagħab fix-xahar id-dieħel.

Wara biss tliet minuti, Yannick Yankam ta’ Valletta kellu x-xutt tiegħu salvat atjjeb minn Sargent.

Fis-seba’ minuta, Gżira United kienu perikolużi permezz ta’ Andre Penha da Costa iżda l-goalkeeper Aguero dos Santos dawwar it-tentattiv tiegħu f’corner. 

Fit-43 minuta, il-Maroons kienu ferm sfortunati li ma fetħux l-iskor meta laqtu l-wieqfa wara x-xutt ta’ David Xuereb mix-xellug.

Żewġ minuti biss wara, waslet l-aħħar azzjoni tal-ewwel taqsima għal Valletta hekk kif Paiber għadda taj­jeb lejn Zammit li minn pożizzjoni ideali ra lil Sargent isalva tajjeb.

Fit-52 minuta, Valletta kellhom free-kick li ngħata minn Paiber bil-ballun jaħbat mal-barriera iżda l-coach ta’ Valletta, Thane Micallef, talab li tintuża l-FVS fuq il-fatt li l-ballun seta’ ħabat ma’ id difensur tal-Maroons.

Iżda r-referee Glenn Tonna wara li ra l-FVS ikkonkluda li ma kien hemm l-ebda azzjoni rregolari.

Fil-55 minuta, Valletta fetħu l-iskor meta YURI DE JESUS MESSIAS eżattament minn nofs il-ground innota li l-goalkeeper ta’ Gzira, Karl Sargent, kien barra minn postu u rnexxielu jsib ix-xib­ka … u rriżulta goal tal-istam­pi!

Fit-62 minuta Valletta rduppjaw wara li JACKSON MENDOZA venven xutt minn barra l-kaxxa li ma ħafirx.

Erba’ minuti wara, Valletta għal darb’oħra kienu  perikolużi wara cross ta’ Diogo Tavares mix-xellug u l-intervent tad-difensur tal-Maroons Stojanovic kien providenzjali meta tajjar il- ballun bir-ras.

Fil-81 minuta, Penha Da Costa ħabbat il-ballun ma’ Maxuell Maia, avvanza fil-kaxxa iżda kellu x-xutt tiegħu salvat mill-goalkeeper Belti.

Fit-92 minuta, waslet l-aħħar azzjoni tal-partita hekk kif il-Maroons naqqsu d-distakk permezz ta’ MA­XUELL MAIA li minn pożiz­zjoni ċentrali  minn barra l-kaxxa ħasad u għeleb għal kollox lill-goalkeeper Belti, Adilson Aguero dos Santos.

Valletta: Adilson Aguero dos Santos, Steve Borg (Neil Anthony Micallef 77), Andrea Zammit (Ahmed Basher 69), Brandon Paiber, Diogo Tavares, Yannick Yankam, Emanuel Mbende, Yuri De Jesus Messias (Stijn Meijer 82), Sava Radic, Thaylor Aldama (Mattias Ellul 82), Jackson Mendoza (Thomas Melillo 82) – Coach: Thane Micallef

Gzira U.: Karl Sargent, Gab­riel Bohrer Mentz, Deacon Abela (Isemoli N’Sa 46), Brooklyn Borg (Andrew Borg 65), Andre Penha Da Costa (Neil Cassar 83), Dejan Farrugia (Johan Bonilla Calderon 65), Luis Carlos Riascos, Marc van de Font Bovenkamp, David Xuereb (Maxuell Maia 65), Mihajlo Stojanovic, Fabricio Silva Virgens   – Coach: Darren Abdilla

Referee: Glen Tonna

assistenti: Luke Portelli, Duncan Sultana

Raba’ Uff.: Joseph Scerri

Skorers: Y. De Jesus Messias 50, J. Mendoza 62 (V), M. Maia 93 (G)

Ammoniti: L. C. Riascos, D. Abela (G), T. Melillo (V)

Player tal-Logħba: Jackson Mendoza (V)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport