Tuesday, August 26, 2025

Malta Public Transport tħabbar servizzi speċjali għall-kunċerti ta’ André Rieu

Aqra wkoll

Malta Public Transport se tkun qed torganizza servizzi speċjali ta’ trasport pubbliku għall-kunċerti popolari ta’ André Rieu, li se jsiru nhar il-Ġimgħa 29 u s-Sibt 30 ta’ Awwissu fuq il-Fosos tal-Floriana. Is-servizzi addizzjonali, li huma bla ħlas għal dawk li għandhom Tallinja Card, se jkopru bosta destinazzjonijiet madwar Malta, biex il-pubbliku jkun jista’ jattendi dawn il-kunċerti b’mod faċli u aktar komdu.

Biex ikun assigurat li l-passiġġiera kollha jlaħħqu jitilgħu, il-karozzi tal-linja se jibqgħu fil-punt ta’ tluq għal ftit ħin wara li jintemm il-kunċert f’każ li dan idum aktar milli ppjanat. Il-passiġġiera huma mitluba jimxu lejn iż-żona tat-tluq malli jispiċċa l-kunċert biex ma jitilfux is-servizz. It-tluq isir malli jitilgħu l-passiġġiera jew meta jintalab mill-awtoritajiet tat-traffiku.

Is-servizzi addizzjonali se jkunu fuq dawn ir-rotot:

Rotta – Tluq mill-Belt Valletta – Destinazzjonijiet

S10 23:45 Paola, Isla, Bormla, Kalkara

S12 23:55, 00:15 Msida, San Ġiljan, Pembroke, Baħar ic-Ċagħaq, Qawra, Bugibba

S13 23:45, 23:55, 00:05, 00:15, 00:25 Msida, Gżira, Sliema, San Ġiljan

S20 23:45 Msida, Argens, San Ġwann, Għargħur

S40 23:50 Birkirkara Triq il-Wied, Lija/Balzan, Technopark, Vjal l-Indipendenza (Mosta), Mġarr, Manikata

S41 23:45 Triq il-Kosta, San Pawl il-Baħar, Mellieħa, Ċirkewwa

S42 23:45 Birkirkara Triq il-Wied, Mosta, Żokrija

S47 23:50 Msida, Birkirkara Bypass, Lija/Balzan, Iklin, Naxxar, Mosta Sta Margerita, Targa, Ċentru tal-Mosta

S51 23:45 Fleur de Lys, Rabat, Mtarfa

S52 23:55 Fleur de Lys, Rabat, Dingli

S61 23:45 Ħamrun, Qormi, Żebbuġ (Sciortino), Kandlora

S62 23:50 Ħamrun, Qormi Bypass, Siġġiewi

S71 23:45 Luqa (fuq ġewwa), Kirkop, Safi, Żurrieq

S72 23:45 Luqa (fuq barra), Kirkop, Mqabba, Qrendi

S80 23:50 Santa Luċija, Gudja, Għaxaq, Birżebbuġa, Tal-Papa

S85 23:45 Tarxien (Triq il-Palma), Bulebel, Żejtun, Montebello, Marsaxlokk

S90 23:45 Paola, Fgura, Marsaskala

S94 23:50 Paola, Fgura, Żabbar, Xgħajra

Ir-rotot tas-soltu ta’ matul il-lejl se jaħdmu normali skont l-iskeda tagħhom.

Malta Public Transport tistieden lil min se jattendi għal dawn il-kunċerti biex jagħmel użu minn dawn is-servizzi għal vjaġġ komdu lura d-dar. L-ivvjaġġar fuq dawn is-servizzi, kif ukoll fuq ir-rotot regolari ta’ matul il-lejl, huwa bla ħlas għad-detenturi ta’ Tallinja Card. Il-passiġġieri li m’għandhomx Tallinja Card jistgħu jixtru biljett ta’ €3 kull vjaġġ direttament fuq tal-linja, u jistgħu jħallsu bi flus kontanti jew contactless.

Aktar aġġornamenti u informazzjoni tkun disponibbli fuq il-websajt tal-Malta Public Transport u fuq il-mezzi soċjali tagħha.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport