It-tim nazzjonali Malti se jilgħab kontra l-Bosnja Herzegovina f’partita internazzjonali ta’ ħbiberija, f’Ottubru li ġej.
Il-partita se tintlagħab, nhar il-Ħadd 12 ta’ Ottubru, 2025, fl-Istadium Nazzjonali, fis-7:00 pm.
Dan il-konfront se jasal f’nofs ir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2026, fejn Malta ttellgħet biex tilgħab fi Grupp G. Waqt il-logħob internazzjonali ta’ Ottubru, Malta hija skedata biex tilgħab f’pajjiżna kontra Spanja jew l-Olanda, nhar il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru, 2025.
Il-partita kontra l-Bosnja Herzegovina se tippermetti lill-kowċ nazzjonali l-ġdid, Emilio De Leo, biex ikompli jevalwa lit-tim qabel il-logħob internazzjonali ta’ Novembru, li fih Malta se taffronta lill-Finlanda u lill-Polonja.
Aktar informazzjoni dwar il-biljetti għall-imsemmija partita tkun disponibbli fil-futur qrib.