Sunday, November 10, 2024

Malta se tikkompeti f’disa’ dixxiplini fil-Logħob tal-Commonwealth

Aqra wkoll

Malta se tikkompeti f’disa’ dixxiplini u se tkun rappreżentata minn 29 atleta, li tlieta minnhom ikkwalifikaw bil-mertu tagħhom.

Kijan Sultana (squash) u Tenishia Thornton (weightlifting) se jġorru l-bandiera Maltija waqt iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ. 

Il-kontingent Malti se jkun akkumpanjat mill-president tal-KOM, Julian Pace Bonello, is-segretarju ġenerali, Kevin Azzopardi, id-deputat Chef-de-Mission, Paul Sultana, it-team mediku, Dr Lucienne Attard, Milos Stanisjvelic, Julian Rizzo Naudi u Dr Kurstein Sant, kif ukoll David Azzopardi u Daniel Tanti Farrugia, bħala uffiċjali.

Il-kontinġent Malti:

Atletika – Atleti: Claire Azzopardi, Charlotte Wingfield, Janet Richard, Carla Scicluna; Coach/Ufficjal: Rebecca Sare.

Badminton – Atleti: Matthew Abela, Sam Cassar; Coach/Ufficjal: Matthey Haynes. 

Ċiklizmu – Atleti: Aiden Buttigieg; Coach/Ufficjal: Etienne Bonello. 

Judo – Atleti: Isaac Bezzina, Katryna Esposito; Coach/Ufficjal: Aurelien Fleisz.

Lawn Bowls – Atleti: Connie Rixon, Rosemarie Rixon, Rebecca Rixon, Iren Attard, Shaun Parnis, Mark Malogorski, Troy Lorimer, Peter Ellul: Coaches/Uffiċjali: Rex Johnston, Joe Saragozza.

Lotta – Atleti: Gary Giordimaina, Adam Vella; Coach/Ufficjal: Jesmond Giordimaina.  

Squash – Atleti: Kijan Sultana, Colette Sultana, Niall Engerer, Lija Sultana; Coach/Ufficjal: Robert Sultana.

Triathlon – Atleti: Danica Bonello Spiteri, Keith Galea; Coach/Ufficjal: Warren Muscat.

Weightlifting – Atleti: Tenishia Thornton, Yazmin Zammit Stevens,  Roberta Tabone, Elisa Scicluna; Coach/Ufficjal: Jesmond Caruana.

Sport