Wednesday, August 6, 2025

Malta se tipparteċipa għall-ewwel darba fil-Biennale tal-Arti ta’ Gwangjutal-2026

Aqra wkoll

Il-Kunsill Malti għall-Arti ħabbar l-ewwel parteċipazzjoni ta’ Malta fil-Biennale talArti ta’ Gwangju fil-Korea t’Isfel, li se jseħħ bejn Settembru u Novembru tal2026. Dan l-avveniment huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar pjattaformi
prestiġġjużi tal-arti kontemporanja fl-Asja, u joffri pjattaforma globali għal artisti
kontemporanji ewlenin sabiex jippreżentaw xogħol esperimentali u innovattiv.

Intitolat BEJN / IN-BETWEEN, il-Paviljun ta’ Malta jġib flimkien erba’ artisti
ewlenin—Norbert Francis Attard, Sam Alekksandra, Julien Vinet, u Michael
Quinton—sabiex jesploraw temi ta’ ritwal, duwalità, u intersezzjoni kulturali
permezz ta’ installazzjonijiet immersivi.

L-installazzjoni hija kkummissjonata mill-Kunsill Malti għall-Arti taħt l-awspiċi talMinisteru għall-Arti, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, u l-proġett ġie magħżul minn
bord espert t’evalwazzjoni mmexxi mid-Direttorat għar-Relazzjonijiet
Kulturali Internazzjonali. Il-membri tal-bord jinkludu Dusu Choi (Kap tadDipartiment tal-Esebizzjoni, Biennale ta’ Gwangju), Sean Buhagiari (Direttur
Artistiku, Teatru Malta), u Rupert Cefai (CEO, Fondazzjoni Kreattività).

L-ewwel dehra ta’ Malta f’waħda mill-akbar pjattaformi fl-Asja ta’ arti
kontemporanja toffri potenzjal bla preċedent lil artisti Maltin, filwaqt li tkompli
ssaħħaħ il-preżenza kulturali tal-pajjiż barra minn xtutna, f’allinjament malistrateġija fit-tul tal-Kunsill Malti għall-Arti għat-tisħiħ tal- internazzjonalizzazzjoni u t-tkabbir professjonali tas-settur.

Il-Paviljun ta’ Malta se joffri esplorazzjoni kunċettwali u sensorjali tal-bejn—sit
bejn Malta u l-Korea, kunflitt u reżoluzzjoni, preżenza u assenza. Se jistieden
lill-udjenzi ġo ekosistema artistika fejn it-tensjoni kreattiva tiġi abbraċċata bħala
kroġjolu għal tifsiriet ġodda.

L-artisti u l-installazzjonijiet

It-tim artistiku tal-Paviljun ta’ Malta huwa kompost minn erba’ artisti ewlenin, fejn
kull wieħed minnhom se jkun qed joffri prattika artistika speċifika għallinstallazzjoni:

● Norbert Francis Attard: F’ArtPolygon, l-artist-perit Norbert Francis
Attard se jintroduċi sens ta’ tensjoni nnegozjata fost il-bini. Ix-xogħol se
jara multitudni ta’ ċineg tal-lasktu rqaq u mġebbda li jlaħħqu madwar ilħitan, soqfa, u l-art taż-żewġ kmamar—splużjoni ta’ ċineg, bħal murtal sospiż fl-ajru—li gradwalment ikanġu kulurhom, b’referenza għal individwalità Maltija kif ukoll għall-ġabra tal-aktar thresholds ikoniċi ta’ Malta: il-festa.

● Sam Alekksandra and Julien Vinet (PONKS) se jiżvelaw Rope Temple,
installazzjoni ta’ poeżiji parteċipatorji mibnija bil-ħġieġ u santifikata b’ħbula sagri u vrus ta’ poeti Maltin u Koreani. Din se tkun manifestazzjoni ta’ ex-voto ħaj tal-kollaborazzjoni u rispett komuni.

● Michael Quinton se jmexxi BasePolygon, vjaġġ awdjoviżiv fil-livelli ta’
taħt tal-Paviljun. Tliet kmamar taħt l-art se jiggwidaw lill-viżitaturi minn
esplorazzjonjijiet soniċi, programmi kulturali li jirriflettu lil xulxin, u arkivju
finali ta’ risposti artistiċi kkumpilati f’ktieb downloadable.

Il-proġett se jestendi wkoll lil hinn mill-Paviljun permezz ta’ serje ta’ workshops
fl-Università ta’ Sangmyung f’Seoul, u b’hekk jestendi l-investigazzjoni tiegħu
f’spazju liminali u art kreattiva komuni.

L-edizzjoni tal-Biennale ta’ Gwangju tal-2026 se tkun ikkurata minn Ho Tzu
Nyen, bit-tema ta’ You must change your life, ispirata minn frażi tal-poeta
Awstrijak Rainer Maria Rilke. Il-Biennale se jeżamina s-setgħa trasformattiva
tal-arti sabiex tispira l-bidla u tespandi l-potenzjal uman.

Dwar il-Biennale ta’ Gwangju

Imwaqqaf fl-1995, il-Biennale ta’ Gwangju jiġi miżmum fil-belt tal-Lbiċ ta’
Gwangju, il-Korea t’Isfel. Magħruf għall-impenn tiegħu għal arti esperimentali u
politikament involuta, il-Biennale jibqa’ fost wieħed mill-aktar avvenimenti
kulturali influwenti tal-Asja. Kull paviljun nazzjonali jikkura l-esebizzjoni tiegħu u
joffri spazju għal espressjoni artistika indipendenti fuq pjattaforma globali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport