Monday, December 23, 2024

Malta se tirrikonoxxi r-record card tas-CDC tal-Istati Uniti ta’ vaċċini approvati mill-EMA

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeri konċernati, l-Awtoritajiet tas-Saħħa u t-Turiżmu qalu li għaddejjin b’arranġamenti tekniċi biex jiġu verifikati l-karti ta’ vaċċinazzjoni tas-CDC tal-Istati Uniti.

Minn nhar it-Tnejn 19 ta’ Lulju 2021, Malta se tkun qed tirrikonoxxi r-record card tas-CDC tal-Istati Uniti ta’ vaċċini approvati mill-Awtorità għall-Mediċini Ewropea (EMA) (kors sħiħ u 14-il ġurnata mill-aħħar doża) bħala ċertifikat validu għall-vaċċin.

Mill-1 ta’ Awwissu 2021, ir-record card tas-CDC tal-Istati Uniti trid tkun verifikata minn app speċifika biex tkun aċċettata bħala ċertifikat tal-vaċċin validu.

Dettalji fuq din l-app ta’ verifika jingħataw aktar ’il quddiem.

Ekonomija

Sport