Saturday, August 16, 2025

Malta se tospita l-Malta Free Diving Open u l-Kampjonati Nazzjonali Daniżi tal-Freediving

Aqra wkoll

Il-Federazzjoni tal-Attivitajiet ta’ taħt l-Ilma ta’ Malta ħabbret li, għat-tieni sena konsekuttiva, Malta se tospita l-Kampjonati Nazzjonali Daniżi tal-Freediving u l-Malta Freediving Open f’Għawdex bejn it-18 u l-22 ta’ Awwissu 2025.

Il-kompetizzjonijiet se jsiru kif ġej:

18 ta’ Awwissu
Constant Weight – (CWT). Il-Constant Weight huwa dixxiplina fejn l-atleta għandu jkopri distanza vertikali f’apnea sakemm jilħaq il-fond iddikjarat, mingħajr ebda tibdil fil-piż tiegħu matul il-prova kollha. Mhux permess jiġbed fuq il-“Performance Line”. L-attività ssir fl-ilma miftuħ.

19 ta’ Awwissu
Constant Weight bil-Bifins – CWT-BF – din hija dixxiplina fejn l-atleta għandu jkopri distanza vertikali f’apnea sakemm jilħaq il-fond iddikjarat, mingħajr ebda tibdil fil-piż tiegħu matul il-prova kollha, billi juża biss bifins. Il-kompetitur mhux permess jiġbed fuq il-“Performance Line”. L-attività ssir fl-ilma miftuħ.

21 ta’ Awwissu
Constant Weight mingħajr ‘fins’ – CNF – din hija dixxiplina fejn l-atleta għandu jkopri distanza vertikali f’apnea sakemm jilħaq il-fond iddikjarat, mingħajr ebda tibdil fil-piż tiegħu matul il-prova kollha, u mingħajr fins. Mhux permess jiġbed fuq il-“Performance Line”. L-attività ssir fl-ilma miftuħ.

22 ta’ Awwissu
Free Immersion – FIM – din hija dixxiplina fejn l-atleta għandu jkopri distanza vertikali f’apnea sakemm jilħaq il-fond iddikjarat mingħajr fins. L-attività ssir fl-ilma miftuħ – fil-baħar jew ilma ħelu – u l-atleta jkun jista’ jiġbed fuq il-“Performance Line”.

Transport Malta ħarġet Local Notice to Mariners No. 135 tal-2025 għal kull opra tal-baħar.

Għal aktar dettalji wieħed jista jikkuntattja lil Joseph Cassar fuq [email protected]

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport