Sunday, November 10, 2024

Malta se tospita lill-Iżrael f’partita ta’ ħbiberija f’Settembru li ġej

Aqra wkoll

Malta se tkun qed tilqa’ lill-Iżrael f’partita ta’ ħbiberija fis-27 ta’ Settembru wara l-logħba tal-UEFA Nations League barra minn darhom kontra l-Estonja.

Il-partita se tintlagħab fl-Istadium Nazzjonali, u tibda fid-9.00 pm

Iżrael, li bħalissa jinsabu fis-76 post, għadhom bla telfa fil-UEFA Nations League u bħalissa qed igawdu l-ewwel post f’League B Grupp 2. Huma lagħbu tliet logħbiet, fejn rebħu kontra l-Albanija u spiċċaw fi draw kontra l-Islanda kemm f’darhom kif ukoll barra minn darhom. Bħalissa huma jinsabu taħt ir-responsabbiltá tal-ex player internazzjonali Iżraelit, Alon Hazan.

Sessjoni ta’ taħriġ tat-team nazzjonali

Dan se jkun id-disa’ konfront  bejn dawn iż-żewġ pajjiżi. Iżrael rebħu sitta, filwaqt li ż-żewġ partiti l-oħra intemmu fi draw. 

Iżrael u Malta ltaqgħu għall-ewwel darba f’partita ta’ ħbiberija, fl-1984, f’Ġerusalemm bl-Iżraeliti joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1. Il-gowl ta’ Malta ġie skorjat minn Charles Muscat. L-aħħar darba li ż-żewġ pajjiżi lagħbu kontra xulxin kien, fil-11 ta’ Ottubru, 2011, fl-Istadium Nazzjonali (valida mir-round ta’ kwalifikiazzjoni tal-Kampjonat Ewropew), meta Iżrael rebħu 2-0.

Qabel dan il-konfront, Malta qed timmira li tirbaħ l-aħħar logħba tagħha fil-UEFA Nations League, League D – Grupp 2, barra minn xtutna kontra l-Estonja.

Il-logħba se tintlagħab f’Le Coq Arena, f’Tallinn nhar, il-Ġimgħa 23.

Bħalissa Malta u l-Estonja jinsabu f’parità ta’ 6 punti kull wieħed iżda l-Estonja lagħbu partita inqas. Malta għandha bżonn rebħa biex iżżomm it-tamiet ħajjin biex tikkwalifika għar-round li jmiss tal-UEFA Nations League.

Sport