F’komunikat maħruġ mill-gvern ta’ Malta ntqal li pajjiżna se jkun qed josserva jumejn ta’ luttu nazzjonali bejn għada l-Ħadd 6 u t-Tnejn 7 ta’ Novembru.
Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana kiteb uffiċjalment lis-Segretarju Permanenti, Direttur Ġenerali, Diretturi u Kapijiet tal-Entitajiet Pubbliċi biex matul dawn il-jumejn il-bnadar fuq il-binjiet pubbliċi jittajru mezz’asta.