Saturday, December 21, 2024

Malta t-tielet l-aktar pajjiż li juża materjal riċiklabbli

Aqra wkoll

Malta ġiet iklassifikata fit-tielet post fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea fejn jidħol l-użu ta’ oġġetti riċiklabbli.

Statisika tal-Eurostat li ġiet ippubblikata fl-aħħar sigħat turi li kważi 12% tal-materjal kollu użat fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea kien ġej minn materjal riċiklabbli.

Fis-sena 2023 11.8% tal-materjal kollu li ġie użat fl-Unjoni Ewropea kien ġej minn materjal riċiklabbli u dan juri li l-mentalita fost iċ-ċittadini Ewropej dwar din il-materja dejjem qiegħda tinbidel

Meta din ir-rata tiġi mqabbla mal-2022 turi li kien hemm żieda ta’ 0.3%.

Is-sena li għalija ħarġet din l-istatistika turi li l-aktar pajjiż li għamel użu minn materjal riċiklabbli kien l-Olanda fejn użaw 30.6%. Wara kien hemm l-Italja fejn iċ-ċittadini Taljani għamlu użu minn materjal riċiklabbli b’ammont ta’ 20.8%. Imbgħad fit-tielet post ġiet iklassifikata Malta b’19.8%.

Min-naħa l-oħra l-inqas 3 pajjiżi li għamlu użu minn materjal riċiklabbli kienu r-Rumanija b’1.3%, l-Irlanda bi 2.3% u l-Fillandja bi 2.4%.

Meta wieħed jara l-aktar materjal li ntuża u kien ġej mir-riċiklaġġ kien hemm il-metall b’24.7% filwaqt li non-metallic minerals kien hemm ammont ta’ 13.6%.

Il-mira tal-Unjoni Ewropea fejn tidħol l-Ekonomija Ċirkulari hi li sal-2030 dan ikun jammonta għal 23.2%.

Ekonomija

Sport