Malta Table Football Veterans Champions tal-Ewropa wara li fil-Finali għelbu lill-Italja 2-1 f’pajjiżna stess wara li Malta organizzat l-ECSTFA European Championships 2025. It-Tim Malti kien kompost minn Charles Aquilina bħala Captain, Massimo Cremona, Jason Pisani, Mario Camilleri, John Zammit, Adrian Bonnici u Patrick Pace.
Fil-Kategorija ta’ taħt is-16-il sena Malta spiċċaw fnalisti u rebħu midalja tal- fidda. It-tim kien kompost minn Jayden Bonnici, Robert Farrugia Randon, Gabriel Ebejer u Luke Xerri.
Fl-Individwali, is-Sibt Massimo Cremona wasal sas-semi-finali u rebaħ midalja tal-bronż fil- Kategorija Veterani u Jayden Bonnici fil-kategorija ta’ taħt is-16-il sena wasal sas-semi-finali u rebaħ midalja oħra tal-bronż għal Malta.