Bħalissa għaddejja operazzjoni biex ikunu żbarkati 52 immigrant li kienu għal numru ta’ sigħat fuq il-vapur Talia fi spazji li normalment jintużaw għall-ġarr tal-annimali. Fl-aħħar ħin is-sitwazzjoni ggravata tant li l-kaptan avża li l-provvista tal-ikel u x-xorb kienet riesqa lejn tmiemha.
L-immigranti se jkunu qed jittrasferixxu ruħhom għal fuq il-Melita I.