Wednesday, June 4, 2025

Malta tafferma mill-ġdid l-impenn tagħha favur id-Drittijiet tal-Bniedem f’Laqgħa mal-President tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard kellu laqgħa bilaterali fi Strasburgu mal-President il-ġdid tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB), l-Imħallef Mattias Guyomar. Il-laqgħa reġgħet ikkonfermat l-impenn sod ta’ Malta lejn il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u lejn ir-rwol essenzjali tal-Qorti fil-ħarsien ta’ dawn il-valuri komuni.

Il-Ministru Jonathan Attard beda billi feraħ lil President Guyomar għal ħatra riċenti tiegħu, u enfasizza l-importanza tal-tmexxija tiegħu f’dan il-mument kruċjali għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ewropa. “Inħossni onorat li qiegħed għal din il-laqgħa f’din il-Qorti, li tibqa’ pilastru vitali għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-bniedem għal kull Ewropew,” qal il-ministru.

Huwa esprima l-appoġġ sħiħ ta’ Malta għall-prijoritajiet strateġiċi tal-President – effiċjenza, viżibilità, u responsabbiltà, li jirriflettu wkoll ir-riformi li għaddejjin f’Malta fil-qasam tal-ġustizzja.

Jonathan Attard enfasizza diversi riformi importanti li Malta introduċiet bħala rispons għal sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, waqt li saħaq fuq l-approċċ proattiv ta’ Malta lejn il-konformità mad-drittijiet tal-bniedem u l-progress sostenibbli.

“Inħarsu lejn l-implimentazzjoni tas-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem mhux bħala piż, iżda bħala sħubija—responsabbiltà kondiviża biex inżommu l-istat tad-dritt u nippromwovu d-dinjità għal kulħadd,” saħaq il-ministru.

Huwa wkoll semma l-impenn sod ta’ Malta favur l-indipendenza tal-ġudikatura u t-titjib fl-aċċess għall-ġustizzja – oqsma fejn Malta tibqa’ tgawdi mill-kooperazzjoni kostruttiva mal-Kummissjoni ta’ Venezja u GRECO.

Filwaqt li l-Ewropa qed tiċċelebra l-75 anniversarju tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Ministru Jonathan Attard esprima s-sodisfazzjon ta’ Malta li se tikkondividi l-organizzazzjoni tas-seduta kommemorattiva flimkien mal-Qorti fi Strasburgu.

Fil-konklużjoni, il-Ministru afferma l-appoġġ ta’ Malta għall-viżjoni tal-Qorti taħt it-tmexxija il-ġdida. Huwa enfasizza r-rieda ta’ Malta li tkompli taħdem mill-qrib mal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem biex tipprovdi ġustizzja f’waqtha, isaħħaħ il-fiduċja pubblika fil-Qorti, u tħeġġeġ is-sinerġija bejn is-sistemi nazzjonali u dawk internazzjonali.

“Nappoġġjaw bis-sħiħ il-viżjoni tagħkom, u nħarsu ’l quddiem biex naħdmu magħkom mill-qrib biex inwasslu ’l quddiem dawn il-prijoritajiet komuni,” temm jgħid il-ministru.

Preżenti wkoll għal-laqgħa kien hemm l-Imħallef Lorraine Schembri Orland, l-Imħallef Maltija fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u l-Ambaxxatriċi Francesca Camilleri Vettiger, ir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Kunsill tal-Ewropa.

Ritratti: MJR

Link għall-filmat: https://www.swisstransfer.com/d/d8866a7b-46b0-4ed4-8618-13acd90d942a

PR250966en + photos + link to footage

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE AND THE REFORM OF THE CONSTRUCTION SECTOR

Malta reaffirms commitment to human rights in High-Level Meeting with ECt         HR President

Minister for Justice and the Reform of the Construction Sector Jonathan Attard held a bilateral meeting in Strasbourg with the newly elected President of the European Court of Human Rights (ECtHR) Judge Mattias Guyomar. The meeting reaffirmed Malta’s unwavering commitment to the European Convention on Human Rights and to the essential role of the Court in upholding these shared values.

Minister Jonathan Attard began by extending heartfelt congratulations to President Guyomar on his recent election, emphasising the importance of his leadership at this pivotal moment for human rights in Europe. “I am truly pleased to join you in this Court, which remains a vital guardian of human rights and freedoms for all Europeans,” the minister stated.

He also expressed Malta’s full support for the President’s strategic priorities—efficiency, visibility, and responsibility—which also reflect the focus of Malta’s ongoing justice and institutional reform agenda.

Minister Jonathan Attard outlined several important reforms Malta has introduced in response to landmark ECtHR judgments, reinforcing the country’s proactive approach to human rights compliance and progress.

“We see the implementation of ECtHR judgments not as a burden, but as a partnership—a shared responsibility to uphold the rule of law and promote dignity for all,” he affirmed.

He also highlighted Malta’s steadfast commitment to judicial independence and improving access to justice – areas in which Malta continues to benefit from constructive engagement with the Venice Commission and GRECO.

As Europe commemorates the 75th anniversary of the European Convention on Human Rights, Minister Jonathan Attard expressed Malta’s pride in co-hosting the commemorative hearing with the Court in Strasbourg.

In conclusion, the minister reiterated Malta’s strong support for the Court’s vision under its new leadership. He emphasised Malta’s readiness to work closely with the ECtHR to deliver timely justice, enhance public trust in the Court’s work, and foster synergy between national and international systems.

“We fully support your vision, and we look forward to working closely with you to advance these shared priorities,” he concluded.

Also present for the meeting were Judge Lorraine Schembri Orland, Malta’s judge at the European Court of Human Rights, and Ambassador Francesca Camilleri Vettiger, Permanent Representative of Malta to the Council of Europe.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport