Tuesday, February 17, 2026

Malta tappoġġa lil-Libja fil-missjoni tal-Protezzjoni Ċivili

Aqra wkoll

Il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurt? u x-Xogħol, permezz tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta, bagħat tim speċjalizzat fil-Libja biex jassisti liċ-Ċentru Nazzjonali Libjan għall-Emerġenzi u l-Ġestjoni tad-Diżastri. Fil-Libja, dan iċ-ċentru għadu kemm twaqqaf u din l-inizjattiva tkompli tixhed l-impenn ta’ Malta lejn kooperazzjoni internazzjonali u għajnuna fir-rispons għall-emerġenzi.

It-tim li jinsab fil-Libja bejn il-15 u t-18 ta’ Frar 2026 hu magħmul minn tliet uffiċjali anzjani tal-Protezzjoni Ċivili u Surġent mill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta u fil-Libja jinsab impenjat f’żewġ missjonijiet ewlenin.

Fl-ewwel missjoni, it-tim wettaq investigazzjoni dettaljata dwar tiġrif sostanzjali li dehru fiż-żona ta’ Isbeya, madwar 50 kilometru ’l bogħod minn Tripli. Permezz ta’ dan ix-xogħol, it-tim ipprovda indikazzjoni preliminari biex tinftiehem in-natura u l-kawża ta’ dawn ix-xquq, bil-għan li jingħata appoġġ lill-komunitajiet lokali u jiġu evitati fallimenti strutturali potenzjali.

Fit-tieni missjoni, it-tim qed jassisti wkoll fil-ġbir ta’ kampjuni ta’ ilma minn għadira f’Zuwara, viċin il-fruntiera Tuneżina. Din l-analiżi kienet essenzjali biex tiġi evalwata l-kwalit? u d-disponibbilt? tal-ilma għall-popolazzjoni lokali.

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurt? u x-Xogħol, Byron Camilleri sostna li llum id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, permezz tal-investiment li sar fih u tal-ħaddiema kapaċi li għandu, mhux biss qed jassisti liċ-ċittadini Maltin bl-aħjar mod, iżda qed ikun ukoll f’pożizzjoni li joffri assistenza lil hinn minn xtutna. Fl-istess ħin żied li l-esperjenza u l-għarfien li l-ħaddiema jakkwistaw waqt dawn il-missjonijiet internazzjonali jkomplu jsaħħu l-kapaċitajiet tad-dipartiment, biex meta jirritornaw Malta jkunu jistgħu jservu lill-poplu Malti b’mod aktar effettiv u professjonali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport