Thursday, December 26, 2024

Malta tawgura suċċess lit-Tuneżija fl-implimentazzjoni tar-road map demokratika tagħha

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo u l-Ambaxxatur tar-Repubblika tat-Tuneżija għal Malta Yassine El Oued iddiskutew ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u t-Tuneżija, fosthom it-tisħiħ fir-rabtiet bejn iż-żewġ pajjiżi fl-oqsma tax-xogħol.

Il-Ministru Bartolo u l-Ambaxxatur Tuneżin iddiskutew ukoll il-proċess konsultattiv inklussiv li għaddej fit-Tuneżija biex itejbu l-kostituzzjoni, il-liġi elettorali u programm ta’ qawmien soċjali u ekonomiku fil-pajjiż.

Il-Ministru Bartolo awgura kull suċċess lill-poplu Tuneżin li jintlaħqu dawn il-miri bl-implimentazzjoni ta’ din ir-road map demokratika. Dwar dan se jsir referendum  fil-25 ta’ Lulju 2022 u elezzjonijiet parlamentari fis-17 ta’ Diċembru 2022.

Ekonomija

Sport