Greċja……………5
Malta……………..0
Greċja: Nikolaos Botis, Athansios Kousogolas, Alexios Kalogeropoulos, Christos Alexiou (Konstantinos Kostoulas 46), Noah Allen, Dimitrios Kalousanakis (Adriano Bregou 62), Christos Almyras, Konstantinos Goumas (Giannis Apostolakis 72), Dimitrios Chatsidis (Panagiotis Tsantilas 62), Georgios Koutsias (Dimitris Rallis 82), Charalampos Kostoulas Coach: Giannis Taousianis
Malta: James Sissons, Sven Xerri, Kean Scicluna, Matthias Ellul, Tristan Viviani (Nikita Shchepetkin 83), Shaisen Attard (Josh Pitts 69), Andy Borg, Jake Micallef (Lucas Caruana 69), Nicholas James Agius, Brooklyn Borg (Kaiden Fenech 86), Kai Bartolo (Nathan Cross 83) Coach: Davide Mazzotta
Referee: Claudio Pereira (Portugall)
Ass. Referees: Pedro Ribeiro, Pedro Martins (Portugall)
Raba’ Uffiċjal: Fabio Verissimo (Portugall)
Skorers: K. Goumas 16, G. Koutsias 23, pen. 61, 78, D. Kalousanakis 49 (G)
Ammoniti: M. Ellul
It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena baxxa rasu għall-qawwa tat-tim nazzjonali Grieg tal-istess kategorija meta safa megħlub bl-iskor kbir ta’ 5-0, f’partita li l-Griegi ddominaw mill-bidu sat-tmiem, u qatt ma taw ċans lill-Maltin jesprimu l-ideat tagħhom.
Ta’ nota huwa l-fatt li din kienet is-sitt rebħa konsekuttiva għall-Griegi f’dan il-Grupp F ta’ Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej, biex b’hekk huma leaders assoluti ta’ dan il-grupp bi 18-il punt, bil-Maltin għadhom ifittxu l-ewwel punt u l-goal fl-imsemmi grupp.
Malta terġa’ tkun impenjata nhar it-Tlieta li ġej barra minn darna kontra Georgia.
Kienu l-Griegu li ħolqu l-ewwel periklu wara biss żewġ minuti meta cross ta’Christos Almyras ġie interċettat tajjeb min Sissons.
Huma komplew jisddettaw il-logħob u fis-seba’ minuta f’kontrattakk veloċi kalos kamsi kellu x-xutt tieghu kwazi minn taf il-kaxxa li ntemm għoli.
Kulma jmur kompla d-dominju assolut u fis-16-il minuta fetħu l-iskor meta f’azzjoni veloċi li qatgħet lid-difiża Maltija KONSTANTINOS GOUMAS żmarkat għal kollox mill-viċin tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.
U jisher li huma ma kinux kuntenti biżżejjed b’dan l-iskor hekk kif fit-23 minutairduppjaw l-iskor meta wara li rċieva minn azzjoni ta’ corner GEORGIOS KOUTSIAS ħarab mill-markatura ta’ Sven Xerri u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża mill-viċin tefa’ ġewwa.
Fl-40 minuta huma resqu viċin li jiskorjaw it-tielet goal meta l-awtur tal-ewwel goal Goumas kellu x-xutt mid-distanza tiegħu salvat bi bravura mill-goalkeeper Malti, Daniel Sissons, biex salva goal ċert.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima il-Griegi komplew fejn ħallew fl-ewwel waħda u fid-49 minuta DIMITRIOS KALOUSANAKIS permezz ta’ xutt fil-baxx mill-viċin għar-rokna tax-xibka ma ħafirx, b’dan ikun proprju l-ewwel goal tiegħu bil-flokk tat-tim nazzjonali Grieg.
Mas-siegħa logħob, il-Greċja rebħu penalty meta Tristan Viviani waqqa’ lil Christos Almyras fil-kaxxa. Mill-11-il metru, inkariga ruħu GEORGIOS KOUTSIAS li spara l-ballun fis-saqaf tax-xibka.
Fit-78 minuta il-Griegi ssiġillaw ir-rebħa permezz tal-ħames goal meta GEORGIOS KOUTSIAS avvanza tajjeb fil-kaxxa, evita d-daħla ta’ Kean scicluna, u tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka, biex b’hekk irreġistra hat-trick personali u skorja l-għaxar goal għal pajjiżu.
Malta wieġbet għall-ewwel darba fid-89 minuta meta s-sostitut Nathan Cross kellu x-xutt eien mill-viċin tiegpu salvat tajjeb mill-goalkeeper Grieg, Nikolaos Botis.
Huma komplew jamministraw il-vantaġġ komdu li kellhom sa tmiem il-partita.

