Sunday, November 24, 2024

Malta tesprimi tħassib gravi dwar is-sitwazzjoni fl-Ukrajna

Aqra wkoll

Ir-Repubblika ta’ Malta tikkundana d-deċiżjoni tal-Federazzjoni Russa li formalment tirrikonoxxi l-indipendenza tat-territorji ta’ Donetsk u Luhansk li mhumiex ikkontrollati minn gvern. Din id-deċizjoni tikser l-integrità terrirtorjali u s-sovranità tal-Ukrajna, u hija inkonsistenti mal-Prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Magħquda filwaqt li tikser ukoll il-Ftehim ta’ Minsk u timmina l-possibilità ta’ soluzzjoni diplomatika.

Flimkien mal-Unjoni Ewropea, Malta ttenni s-sostenn tagħha lejn is-sovranità tal-Ukrajna u l-integrità territorjali fi ħdan il-fruntieri rikonoxxuti internazzjonalment, kif ukoll id-dritt sovran li tagħzel il-politika barranija u tas-sigurtà tagħha stess.

Ir-Repubblika ta’ Malta tinsab ukoll mħassba dwar iż-żieda ta’ bombi li qed jiġu rrapportati madwar il-linja ta’ kuntatt, li qed iwassal għal żieda fin-numru ta’ vittmi, kif ukoll dwar in-numru ta’ ksur ta’ ftehim ta’ waqfien mill-ġlied irreġistrati mill-Missjoni Speċjali ta’ Monitoraġġ tal-OSCE fl-Ukrajna.

Malta ttenni bl-aktar mod b’saħħtu li d-djalogu u d-diplomazija għandhom jipprevalu u jiġu segwiti min-naħat kollha. F’dan il-mument kritiku, Malta tinsab ukoll f’kuntatt mal-msieħba Ewropej.

Ir-Repubblika ta’ Malta għal darb’oħra titlob għal soluzzjoni paċifika tal-kunflitt fil-Lvant tal-Ukrajna, skont il-Ftehim ta’ Minsk kif approvata mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2202 (2015), u tistieden lill-partijiet kollha sabiex isostnu l-impenji tagħhom, jirrispettaw il-liġi internazzjonali, u jirritornaw għad-diskussjonijiet fi ħdan il-Format tan-Normandija u l-Grupp ta’ Kuntatt Trilaterali.

Sport