Thursday, December 26, 2024

MALTA TFAKKAR JUM IL-VITORJA 

Aqra wkoll

Illum jum il-Vitorja, ġurnata importanti fl-istorja ta’ pajjiżna li tfakkar ir-rebħa tal-Assedju l-Kbir tal-1565 u tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija fl-1943. Din il-ġurnata taħbat ukoll mal-kommemorazzjoni tat-twelid tal-Verġni Marija, magħrufa aħjar bħala l-Bambina, festa li kienet iċċelebrata fil-belt tal-Isla, u l-irħula tan-Naxxar u l-Mellieħa f’Malta, u x-Xagħra f’Għawdex.

Fl-okkażjoni tal-festa nazzjonali ta’ Jum il-Vitorja, il-Kumitat Festi Nazzjonali fi ħdan Festivals Malta organizzat ukoll diversi attivitajiet. Għall-ħabta tal-10.00 a.m., il-President ta’ Malta George Vella poġġa kuruna tal-fjuri fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta.

Wara sar tqegħid ta’ kuruni mill-Kumitat Festi Nazzjonali mal-qabar tal-vittmi tal-Assedju f’Forti Sant Anġlu, mal-monument tal-Vitorja, il-Birgu, mal-monument ta’ Malta Rebbieħa fl-Isla u wara fiċ-ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata fejn ġew imfakkra l-vittmi tat-Tieni Gwerra Dinjija.

Ekonomija

Sport