Monday, July 28, 2025

Malta tibda l-impenji tagħha fil-Euro Hockey 3 b’telfa ta’ 9-1 kontra l-Ukrajna

Aqra wkoll

It-tim nazzjonali Malti tal-hockey beda l-impenji tiegħu fil-Euro Hockey Championship 3 b’telfa kbira ta’ 9-1 kontra l-Ukrajna. Dawn tal-aħħar iddominaw din il-partita u ma kienx hemm dubju fejn kien se jmur ir-riżultat.

Oleksandr Solomianyi kien l-eroj għall-Ukreni meta skorja tliet gowls filwaqt li l-captain Dmytro Luppa, Vitalii Shevchuk, Oleksii Popov, Vladyslav Tsymbaliuk u Rostyslav Yakovenko ukoll niżżlu isimhom fost l-iskorers.

Malta naqqsu l-iskor permezz ta’ Alessandro Amore.

Issa t-tim immexxi minn Chris Attard ikun fl-azzjoni għada meta jaffaċċja lill-Bulgarija. Il-logħob qed jintlagħab fil-belt Torka ta’ Kirklareli.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport