Bin-numru elevat ta’ testjiet għall-Covid-19 li qed tagħmel ta’ kuljum, Malta għadha t-tieni l-aktar pajjiż fl-Ewropa li qed tagħmel testijiet ras għal ras.
Skont informazzjoni maħruġa miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) sal-11 ta’ Ottubru li għadda r-rata ta’ testing ta’ Malta kienet tammonta għal 3,335.97 testijiet għal kull 100,000 persuna.
Huwa l-Lussemburgu wisq li għandu rata aktar għolja ta’ testijiet minn Malta, b’6,452.58 għal kull 100,000 persuna.
Sa mill-bidu tal-pandemija Malta għamlet 308,790 swab test.