Wednesday, January 15, 2025

“Malta tibqa’ reżiljenti favur il-paċi, l-prosperità u l-progress”- Il-Prim Ministru Robert Abela

Aqra wkoll

Malta tibqa’ reżiljenti favur il-paċi, l-prosperità u l-progress. Dan kien il-messaġġ li wassal il-Prim Ministru Robert Abela, hekk kif iltaqa mal-membri akkreditati tal-Korp Diplomatiku Malti għal-laqgħa annwali tal-bdil tal-awguri għas-sena l-ġdida.

Fid-diskors tiegħu, il-PM tkellem fuq diversi temi fosthom il-kunflitti minn madwar id-dinja, fosthom is-sitwazzjoni f’Gaza, il-gwerra ta’ bejn l-Ukrajna u r-Russja u t-theddid fl-Lvant Nofsani.

Irrimarka li permezz ta’ ħidma minn pajjiżi globali, pajjiżna qed jaħdem lejn sistema internazzjonali effettiva, li trid trawwem id-djalogu, tissaħħaħ il-kooperazzjoni globali u tappoġġja l-paċi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport