Saturday, December 21, 2024

Malta tikkundanna l-attakki fuq l-isptarijiet fil-Libja, twiegħed li se tgħinhom fil-ġlieda kontra l-COVID-19

Aqra wkoll

Miktub minn Melvin Farrugia

Il-midja Libjana qiegħda tirrapporta li l-ambaxxatur Malti għal-Libja, Charles Saliba tenna l-appoġġ min-naħa ta’ Malta lejn il-poplu Libjan, f’dan il-mument fejn għaddej ħafna ġlied u anke tixri tal-Coronavirus.

F’kuntatt telefoniku li kellu mal-Ministru tas-Saħħa, Ehmid Ben Omar, Saliba kkundanna l-attakki militari li żdiedu fi Tripli, b’mod speċjali dawk fuq il-faċilitajiet mediċi fosthom l-Isptar Al-Khadra. Saliba qal li l-Libja hi l-ġar ta’ Malta u għalhekk hu fl-interess tagħna li ngħinuhom u li naraw li jkun hemm stabilità. Ikkonferma wkoll li Malta se toffri assistenza lil-Libja fil-ġranet li ġejjin biex tkun tista’ tiġġieled il-COVID-19.

Min-naħa tiegħu, Ben Omar spjega d-diffikultajiet li għaddejjin minnhom il-Libja. Sostna li qed ikun hemm attakki aggressivi mill-grupp armati ta’ Haftar, fl-istess waqt li qed jiġġieldu l-Coronavirus ukoll. Intant, il-Ministeru tas-Saħħa Libjan iddeċieda li jwaqqaf ix-xogħol fuq l-Isptar Al-Khadra minħabba l-attakki ripetuti bir-rokits.

Ekonomija

Sport