Saturday, December 28, 2024

Malta tikseb appoġġ unanimu biex tassumi l-presidenza tal-OSCE

Aqra wkoll

Malta kisbet l-appoġġ tal-pajjiżi membri kollha tal-Organizazzjoni għas-Sigurta u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) biex mill-1 ta’ Jannar li ġej tassumi l-presidenza tal-Organizazzjoni għas-sena li ġejja 2024.

Fil-fatt Malta tinsab lesta sabiex tassumi din il-kariga prestiġjuża wara li presidenza tal-OSCE ta’ bħalissa, li hija għand il-Maċedonja ta’ Fuq, tiġi fi tmiema fl-aħħar ta’ din iis-sena.

Intant, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Ewropew u l-Kummerċ, Dr Ian Borg ikkonferma li ġie avviċinat mill-President tal-OSCE preżenti li talbu jassumi l-kariga ta’ president għas-sena li ġejja.

Il-Ministru Borg, ikkonferma wkoll li hemm unanimita dwar dan minn 56 pajjiż. Il-presidenza minn Malta se tiġi formalizzata għada.

Ekonomija

Sport