Sunday, December 22, 2024

Malta tikseb deroga għat-tnaqqis mandatorju fl-użu tal-gass

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li pajjiż kiseb deroga għat-tnaqqis mandatorju fl-użu tal-gass li seta’ jkun ta’ detriment għan-negozji u l-familji Għawdxin u Maltin.

Abela qal li pajjiżna ressaq b’suċċess il-każ tiegħu ta’ gżira maqtugħa min-network Ewropew u li qed tħares lejn sorsi t’enerġija oħra nodfa bħall-użu tal-idroġenu.

“Ta’ kuljum qed nieħdu deċiżjonijiet fl-interess ta’ pajjiżna, fost oħrajn biex inżommu l-prezzijiet tal-enerġija stabbli, li nintervjenu favur in-nies”, kompla Abela.

Il-Prim Ministru saħaq li minkejja din l-eżenzjoni, il-gvern se jkompli bil-ħidma u jinċentiva lill-poplu favur l-użu t’enerġija rinovabbli.

“Inrodd ħajr lit-tim kollu li ħadem fl-interess ta’ pajjiżna, fost oħrajn lill-Ministru Miriam Dalli li llum kienet preżenti għall-Kunsill fejn issiġillajna din il-kisba”, tenna Abela.

Ekonomija

Sport