Wednesday, July 30, 2025

Malta tikseb l-ewwel rebħa fil-EuroHockey Championship 3

Aqra wkoll

Malta kisbu l-ewwel rebħa fil-EuroHockey Championship 3 wara li għelbu lill-Ungerija 5-2 f’logħba fejn kienu aħjar mill-avversarji.

Wara li tilfu l-ewwel żewġ logħbiet 9-1 kontra l-Ukrajna u 3-2 kontra l-Bulgarija, it-tim immexxi minn Chris Attard kien determinat sa mill-bidu u dan kollu ta kontribut għal din ir-rebħa.

Christ Agius u Thomas Degiovanni skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Keith Bajada żied ieħor għat-tim tiegħu.

L-Ungeriżi naqqsu l-iskor permezz ta’ Benedez Kosari u Martin Csogo.

Issa l-Maltin jilagħbu l-logħob ta’ klassifikazzjoni wara li spiċċaw fit-tielet post fil-grupp tagħhom.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport