Rapport ippubblikat mid-Dipartiment tal-Istat Amerikan it-“Trafficking in Persons – TIP Report” tas-sena 2025, jara r-ranking ta’ Malta jitla’ mit-Tier 2 Watchlist għal Tier 2. Dan il-progress jirrifletti l-progress sinifikanti, inkluż tal-Korp tal-Pulizija li sar fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-persuni.
Progess li jinkludi fost oħrajn:
• Aktar prosekuzzjonijiet ta’ traffikanti – inklużi każijiet konġunti mar-reati finanzjarji
• Identifikazzjoni u iżjed għajnuna lill-vittmi, inkluż tfal vulnerabbli u applikanti għall-ażil
• Titjib fil-protezzjoni legali u fis-servizzi ta’ sostenn għall-vittmi.
Dawn il-kisbiet huma wkoll riflessi fl-impenn kontinwu tagħna lejn Pillar 1 – Prijorità numru 4: Il-Protezzjoni tal-Persuni Vulnerabbli, kif imniżżel fil-Corporate Strategy 2025–2030 tal-Korp tal-Pulizija.
Qed inkomplu nżommu l-vittmi fiċ-ċentru tal-operat tagħna, qed intejbu lkollaborazzjoni ma’ imsieħba oħra u qed inkompli ninvestu f’taħriġ speċjalizzat biex nipproteġu lil dawk li jinsabu l-aktar f’riskju.
Filwaqt li l-ġlieda kontra t-traffikar tal-persuni għadha mhux merbuħa, dan it-titjib fir-ranking jikkonferma li Malta wettqet titjieb notevoli f’dan ir-rigward. Flimkien ma’ imsieħba oħra, kemm lokali kif ukoll internazzjonali, nibqgħu impenjati biex inkissru n-netwerks kriminali u nkomplu nsaħħu l-pożizzjoni tagħna favur il-vittmi.