Friday, November 15, 2024

Malta tilqa’ l-ewwel 1,800 turist

Aqra wkoll

1,300 jaslu Malta bl-ajru u 500 oħra bil-baħar

Wara aktar minn tliet xhur magħluq minħabba l-pandemija tal-Covid-19, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta lbieraħ reġa’ fetaħ il-bibien tiegħu biex jilqa’ l-ewwel turisti f’pajjiżna. Kienu 1,800 it-turisti li waslu f’Malta fl-ewwel jum, b’500 minnhom jaslu permezz tal-baħar.

Inewsmalta kienet preżenti għall-ftuħ mill-ġdid tal-ajruport fejn segwa mill-qrib l-aħħar preparamenti li kienu qed isiru għall-wasla u t-tluq tat-turisti. Fost it-tibdil ewlieni li sar kien hemm l-installazzjoni ta’ diversi cameras biex tkun iċċekkjata t-temperatura tal-passiġġieri waqt li tqassar il-proċess taċ-check-in biex jiżgura aktar flessibiltà u jnaqqas il-possibiltà ta’ kuntatt bejn il-passiġġiera.

Fit-terminal għar-ritorn tal-passiġġieri ġew installati magni ta’ sanitizers tal-idejn u sinjali li jfakkru lill-passiġġieri biex jżommu d-distanzi xierqa. Dan filwaqt li ġew imwaħħla ħġieġ protettiv maħsub biex jillimita l-interazzjonijiet bejn il-passiġġieri u l-istaff.

Il-passiġġieri kollha huma obbligati jilbsu maskra jew visor fit-terminal ħlief tfal taħt l-età ta’ sitt snin u persuni b’ċertu kundizzjonijiet mediċi. Mhux se jitħallew jidħlu fit-terminal persuni li jmorru biex iwasslu lil xi ħadd jew inkella biex jilqgħuhom. 

Ekonomija

Sport