Saturday, November 9, 2024

Malta tingħaqad ma’ pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea biex tgħin fir-rispons kontra l-MPOX

Aqra wkoll

Pajjiżna ngħaqad ma’ numru ta’ pajjiżi oħra Ewropej fl-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea ‘Team Europe’ bil-għan li tgħin l-Afrika biex tnaqqas aktar tixrid tal-marda MPOX.

Fl-14 ta’ Awwissu, id-Direttur Ġenerali tad-WHO kienet iddikjarat t-tifqigħa tal-MPOX (Clade 1) bħala emerġenza tas-saħħa pubblika ta’ tħassib internazzjonali (PHEIC). Dan segwa d-dikjarazzjoni ta’ din il-marda bħala emerġenza tas-saħħa pubblika tas-sigurtà kontinentali fl-Afrika miċ-Ċentri tal-Afrika għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard (Afrika CDC).

Fi tweġiba għat-talba għal appoġġ minn sħab internazzjonali, Malta ngħaqdet mal-inizjattiva tal-UE ‘Team Europe’ immexxija mid-DG HERA għad-donazzjoni tal-vaċċini u l-mobilizzazzjoni tar-riżorsi biex tgħin fil-ġestjoni ta’ din l-emerġenza tas-saħħa pubblika.

Fl-aħħar ħin, id-Direttur Ġenerali tal-HERA (Health Emergency Preparedness and Response) Laurent Muschel, wasal fil-belt ta’ Kinshasa fil-Kongo, fejn ser ikun qed iwassal l-ewwel konsenja ta’ dożi ta’ vaċċini tal-MPOX.

B’kollox bejn il-pajjiżi kollha li ngħaqdu f’din l-inizjattiva se jkunu qed jingħataw madwar nofs miljun vaċċin.

Sport