Saturday, November 15, 2025

Malta tingħata żewġ ċertifikati pożittivi minn aġenziji ta’ Kreditu Internazzjonali

Aqra wkoll

Moody’s u Scope Ratings, żewġ aġenziji ta’ kreditu internazzjonali taw ċertifikat pożittiv lil pajjiżna. Iż-żewġ aġenziji lestewb’mod indipendenti minn xulxin analiżi estensiva tar-rating li jagħtu lil pajjiżna. 

Moody’s tgħid li l-istabbilità fil-prospetti tar-rating ta’ pajjiżna huwa dovut għal “Malta’s wealthy and fast-growing economy”. L-esperti tal-aġenzija sostnew li r-rating pożittiv ta’ pajjiżna iddeterminawh għax pajjiżna għandu “strong trend growth, a moderate debt burden, a generally sound institutional framework and limited exposure to event risk.”  

L-aġenzija qalet li t-tkabbir ekonomiku f’pajjiżna se jibqa’ mal-4%, grazzi għal domanda domestika b’saħħitha kif ukoll esportazzjoni qawwija ta’ servizzi, fosthom it-turiżmu.  

Dan it-tkabbir mistenni jwassal għal tnaqqis fid-defiċit tal-Gvern li se jonqos taħt it-3%, filwaqt li d-dejn nazzjonali se jkun mas-47% tal-ġid nazzjonali, li skont l-esperti huwa affordabbli u sostennibbli.  

Moody’s innutaw ukoll kif il-Gvern qed jieħu passi fuq kontroll ta’ korruzzjoni u saltna tad-dritt.   

Min-naħa tagħhon Scope Ratings, irraportaw li r-rating ta’ pajjiżna huwa dovut  għall- “a robust economic momentum and strong growth potential relative to European peers; a record of fiscal prudence, declining budget deficits, and moderate government debt; iii) a strong external position enhancing resilience to external shocks, further bolstered by euro area membership; and iv) a robust banking sector. “ 

L-esperti Ġermaniżi qed ibassru li l-ekonomija Maltija se tibqa tibbenefika mill-effett tat-tibdil tat-tax bands, li sejrin iwasslu għal konsum aqwa.  

Il-Prim Ministru Robert Abela b’rabta ma’ dawn iż-żewġ rapporti qal li minbarra tbassir sabiħ li taw dawn iż-żewġ aġenziji, it-tnaqqis fit-taxxi se jkompli jagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport