Wednesday, December 25, 2024

Malta tipparteċipa fil-kungress annwali tal-ETTU

Aqra wkoll

Il-Kungress Annwali tal-European Table Tennis Union sar ftit tal-jiem ilu fil-belt Awstrijaka ta’ Linz waqt il-kampjonati Ewropej li kienu qed isiru hemmhekk.

Malta kienet rappreżentata mill-president tal-Assoċjazzjoni Maltija tat-table tennis John Sciberras. Fost temi li kien hemm fl-aġenda onorat lill-plejer veteran Alex Anastasi bil-midalja tal-unur.

L-ETTU talbet għan-nominazzjonijiet minn kull pajjiż u Anastasi ġie magħżul bħala l-kandidat ideali. Anastasi rċieva dan l-unur prestiġġjuż flimkien ma’ atleti oħra barranin li ddistingwew ruħhom għal snin twal f’dan l-isport.

Anastasi mhux wiċċ ġdid għat-table tennis lokali u internazzjonali hekk kif okkupa l-kariga ta’ plejer, kowċ, uffiċjal u saħansitra president tal-assoċjazzjoni.

Sadanittant Pedro Miguel Moura se jkun il-president ta’ din l-għaqda Ewropea tat-table tennis.

Waqt dan iż-żmien fejn kien qed isir il-kungress, il-president John Sciberras kellu numru ta’ laqgħat li bihom issaħħu l-kollaborazzjonijiet u anke r-rabtiet bejn diversi assoċjazzjonijiet.

Ekonomija

Sport