Tuesday, May 27, 2025

Malta tirbaħ it-tieni midalja fil-Karate

Aqra wkoll

Karate: Malta rebħet it-tieni midalja tagħha tal-ġurnata hekk kif Ibrahim Kalil Koska kellu jikkuntenta b’midalja tal-bronż wara li tilef is-semi-finali tiegħu kontra l-atleta minn San Marino Emanuele Magnelli.

Basketball: It-timijiet tal-basketball 3×3 ta’ Malta kellu riżultati mħallta fil-kompetizzjonijiet rispettivi tagħhom hekk kif it-tim tan-nisa rebaħ iż-żewġ logħbiet tiegħu s’issa biex kważi ssiġilla post fis-semi-finali.

Fil-fatt, it-tim iffurmat minn Kristy Galea, Steffi De Martino, Amber Melgoza u Danika Galea ma tantx tħabat biex għeleb lil Ċipru 21-11 iżda mbagħad qabel ksieb rebħa ta’ 15-11 kontra Andorra.

Min-naħa tagħhom, it-tim tal-irġiel, iffurmat minn Ian Felice Pace, Matthew Scerri, Nathan Xuereb u Nelson Kahler tilef kontra Andorra 19-18 u mbagħad tilef kontra Ċipru 21-11.

Tennis: Fl-avvenimenti tat-tennis, Elaine Genovese għaddiet għall-kwarti tal-finali tas-singles tan-nisa wara li għelbet faċilment lil Anna Sofia Gronholm tal-Iżlanda 6-1, 6-3.

Genovese kisbet break fl-ewwel game u mbagħad għal darb’oħra fit-tielet game wara ftit double faults minn Gronholm. Genovese kompliet tilgħab aħjar mill-avversarja tagħha, u ġiegħlet lil Gronholm tagħmel ħafna żbalji.

Genovese ssiġillat is-sett 6-1 bi break ieħor fis-seba’ game.

Fit-tieni set il-logħba kienet aktar bilanċjata bi Gronholm iżżomm is-service tagħha u ġġiegħel lil Genovese tagħmel xi żbalji sfurzati.

Il-logħba ħadet żvolta deċiżiva fis-sitt game tat-tieni set meta Genovese rnexxielha tagħmel break għal vantaġġ ta’ 4-2.

It-tnejn żammew is-service tagħhom fil-logħob li kien fadal b’Elaine Genovese tirbaħ it-tieni set 6-3 biex għaddiet għall-kwarti tal-finali fejn se tiltaqa’ ma’ Tea Nikcevic li għelbet lil Eleonora Molinaro tal-Lussemburgu 4-6, 6-3, 6-2.

Table Tennis: Malta bdiet tajjeb ħafna wkoll fit-Table Tennis hekk qed isiru l-kompetizzjonijiet tad-doppji tal-irġiel u tan-nisa. Fil-kategorija tal-irġiel il-maltin għaddew għas-semifinali li tintlagħab fl-4 ta’ wara nofs-in nhar.

Riżultati: Table Tennis Doppji (Irġiel) Dimitrij Propokcov / Felix Wetzel

Malta 3-0 Andorra / Malta 3-1 Ċipru / Malta 3-0 Monaco / Semi Finali: Malta vs Lussemburgu (16:00)

Riżultati: Table Tennis (Doppji Nisa) Maria Carmelia Iacob / Renata Stribkova

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport