Malta rnexxielha tirbaħ midalja anke fiċ-ċikliżmu biex dan ifisser li ksibna midalja minn kull dixxiplina sportiva li kienet preżenti f’Andorra.
Il-bronż waslet fil-kompetizzjoni Road Race Team Event tal-irġiel.
It-tim Malti kompost miċ-ċiklisti Andrea Mifsud, Aidan Buttigieg, Bernard Galea, Jacob Schembri, Daniel Bonello u John Camilleri spiċċa fit-tielet post wara l-Lussemburgu u Ċipru rispettivament.
Il-ħin tal-Maltin kien ta’ 6:16:58.