Wednesday, November 20, 2024

Malta tirbah Midalja Tad-Deheb fil-Kampjonati Mondjali Tal-Parkinson fit-Table Tennis

Aqra wkoll

Rappreżentata minn Adrian Casha u akkumpanjat mill-kowċ tiegħu Katia Mifsud, Malta rebħet il-midalja tad-deheb fil-Kampjonati Mondjali Tal-Parkinson fit-table tennis li sar fil-belt ta’ Pula, fil-Kroazja.

Wara li nhar il-Ħamis li għadda Adrian Casha, flimkien ma’ Marjan Vitanc mis-Slovenja, għelbu lill-Ingilterra, it-tielet tem tal-Ġermanja u l-Awstrija bl-iskor identiku ta’ 3-0, fil-fażi tal-gruppi, huma komplew biex ikkwalifikaw għall-finali meta għelbu l-isfida tal-Iżrael (3-0), ir-Repubblika Ċeka (3-0) u t-tieni team tal-Ġermanja (3-1).

Fil-finali, li ntlagħbet il-Ħadd, Casha u Vitanc taw wirja mill-aqwa u għelbu lill-favoriti – il-koppja Ġermaniża Trabalski / Kalkhoff bl-iskor konvinċenti ta’ 3-0.

Sport