Saturday, March 1, 2025

Malta tista’ sservi ta’ ċentru għal taħditiet għal paċi bejn ir-Russja u l-Ukrajna

- Il-Prim Ministru Robert Abela

Aqra wkoll

Wara l-aħħar żviluppi fil-gwerra ta’ bejn l-Ukranja u r-Russja, u aktar minn hekk il-laqgħa li kien hemm bejn il-President tal-Istati Uniti Donald Trump u l-President Ukren Volodymyr Zelenskyy, il-Prim Ministru Malti Dr Robert Abela ħabbar proposta tal-Gvern.

F’messeġġ li tella’ fuq il-midja soċjali, il-Prim Ministru ħabbar li “dalgħodu d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu Ian Borg wassal il-proposta tal-Gvern Malti biex pajjiżna jservi ta’ ċentru għal taħditiet għal paċi bejn ir-Russja u l-Ukrajna.”

Dr Abela tenna li Malta kienet, għadha u tibqa’ promotur tal-paċi.

“Konna minn tal-ewwel li tkellimna fuq il-bżonn tal-paċi anke meta kien hemm min sostna li l-enfasi hi li tintrebaħ gwerra. Fil-gwerra ma hemmx rebbieħa, hija biss il-paċi li tfisser rebħa. U għal rebħa prezzjuża bħall-paċi, l-ebda sagrifiċċju ma huwa kbir wisq,” kiteb il-Prim Ministru Abela.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport