Monday, December 23, 2024

Malta titla’ sitt postijiet fir-rankings uffiċjali tal-FIFA

Aqra wkoll

Ir-riżultati pożittivi f’Settembru, speċjalment ir-rebħa ta’ 3-0 fuq Ċipru f’pajjiżna, fil-partita ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2022 mexxew lil Malta għall-171 post mill-177 post, biex b’hekk avvanzajna sitt postijiet.

L-Aħħar Klassifikazzjonijiet Dinjija tal-Irġiel tal-FIFA ġew pubblikati fis-16 ta’ Settembru, wara xejn inqas minn 152 logħba ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA u 25 partita ta’ ħbiberija madwar id-dinja.

Immexxija mill-coach Devis Mangia, Malta rreġistrat rebħa fuq Ċipru, u żewġ telfiet kontra s-Slovenja (1-0) u r-Russja (2-0) f’Settembru. Wara li lagħbet sitt logħbiet, Malta tinsab fil-ħames post u kisbet total ta’ erba’ punti s’issa fil-Kwalifikazzjonijiet Ewropej – Grupp H tat-Tazza tad-Dinja 2022.

Bis-sitt postijiet miksuba, Malta ġiet inkluża fil-lista tal-aktar pajjiżi li għamlu progress f’din l-edizzjoni, bl-uniku pajjiż li għamel aktar progress minn Malta huwa l-Libja (110, +12).

Il-Belġju għadu qiegħed fuq net tal-klassifika, segwit mill-Brażil li kkonsolida t-tieni post. Wara assenza ta’ disa’ snin l-Ingilterra reġgħet lura fuq il-podju, billi qabżet lil Franza li niżlet fir-raba’ post wara riżultati mħallta fil-partiti ta’ Kwalifikazzjoni Ewropej tat-Tazza tad-Dinja 2022.

Ir-rebbieħa tal-Euro 2020 l-Italja tinsab komda fil-ħames post. Minkejja n-nuqqas ta’ moviment fl-ewwel għaxar postijiet, id-Danimarka reġgħet lura mal-ewwel għaxar postijiet (10, + 1). L-Arġentina baqgħet fis-sitt post, filwaqt li l-Portugall (7, + 1) u Spanja (8, – 1) bidlu l-pożizzjonijiet tagħhom.

Il-Klassifikazzjoni Dinjija tal-FIFA li jmiss se tiġi ppubblikata fil-21 ta’ Ottubru 2021.

Ekonomija

Sport