Thursday, December 26, 2024

Malta titlob alleanza Ewro-Amerikana biex tintemm il-vjolenza fil-Libja

Aqra wkoll

Minn MELVIN FARRUGIA

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Evarist Bartolo ġie rrapportat jitlob lill-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti biex jistabbilixxu koalizzjoni li tikseb il-fiduċja tal-Libjani u tassistihom biex itemmu l-gwerra li għaddejjin minnha. 

Jidher li l-Ministru Malti qal dan f’konferenza virtwali tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin Ewropej u s-Segretarju tal-Istat għall-Istati Uniti, Mike Pompeo, fejn insista li l-prijorità għandha tkun li jinkoraġġixxi lil-Libjani biex jifformaw front magħqud għal pajjiżhom u għall-futur tagħhom. 

Bartolo kien tal-opinjoni li jekk il-Libjani nfushom ma jiħdux id-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-futur tagħhom, allura mhux se jsibu l-istabilità u lanqas il-paċi dejjiemi. 

Ekonomija

Sport